Mur fil-kontenut

Xi Ngħidu Jekk Ma Naħmilhiex l-Iskola?

Xi Ngħidu Jekk Ma Naħmilhiex l-Iskola?

Irid ikollok

 Ħarsa pożittiva lejn it-tagħlim. Tarax biss sal-ponta taʼ mnieħrek. Forsi mhux kulma tistudja jidher li hu importanti—għall-inqas għalissa. Xorta waħda, l-edukazzjoni f’varjetà taʼ suġġetti se tgħinek tifhem aħjar id-dinja taʼ madwarek. Se tgħinek issir “kollox għal nies taʼ kull xorta,” u b’hekk se jkollok l-abbiltà li tkellem lil nies taʼ sfondi differenti. (1 Korintin 9:22) Minn tal-inqas, se ttejjeb l-abbiltà tiegħek li taħseb—abbiltà li żgur se tgħinek fl-aħħar mill-aħħar.

Li tissaporti l-iskola hu bħal li taqtaʼ l-qasab biex tkun tistaʼ tgħaddi minn ġol-ġungla—imma t-tnejn huma possibbli jekk ikollok l-għodod tajbin

 Ħarsa pożittiva lejn l-għalliem tiegħek. Jekk taħseb li l-għalliem tiegħek hu tedjanti, iffoka fuq is-suġġett u mhux fuq il-persuna. Tinsiex, l-għalliem tiegħek x’aktarx li għallem l-istess lezzjonijiet għaxriet jekk mhux mijiet taʼ drabi lil klassijiet oħra. Għalhekk, tistaʼ tkun taʼ sfida għalih li jżomm l-istess livell t’entużjażmu li kellu fil-bidu għas-suġġett.

 Suġġeriment: Ħu n-noti, b’rispett itlob iktar informazzjoni, u kun entużjast dwar is-suġġett. L-entużjażmu jittieħed.

 Ħarsa pożittiva lejn l-abbiltajiet tiegħek. L-iskola tistaʼ tikxef xi talenti li għandek u li huma moħbijin. Pawlu kiteb lil Timotju: ‘Kebbes bħan-nar l-għotja t’Alla li qiegħda fik.’ (2 Timotju 1:6) Jidher li Timotju kien ingħata xi għotja tal-ispirtu qaddis. Imma “l-għotja” tiegħu kellha tiġi kultivata sabiex tintuża u ma tinħeliex. Ovvjament, l-abbiltajiet skolastiċi tiegħek mhumiex mogħtijin lilek direttament minn Alla. Xorta waħda, it-talenti li għandek huma uniċi għalik. L-iskola tistaʼ tgħinek tiskopri u tkabbar dawn l-abbiltajiet li lanqas kont tobsor li għandek.