Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Huma Kristjani?

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Huma Kristjani?

 Iva. Aħna Kristjani minħabba dawn ir-raġunijiet:

  •   Aħna nipprovaw insegwu mill-qrib it-tagħlim u l-mod kif kien jaġixxi Ġesù Kristu.—1 Pietru 2:21.

  •   Aħna nemmnu li Ġesù hu l-mezz taʼ salvazzjoni, u li “m’hemmx isem ieħor taħt is-sema li ngħata lill-bnedmin u li bih nistgħu niġu salvati.”—Atti 4:12.

  •   Meta n-nies isiru Xhieda taʼ Ġeħova jitgħammdu f’isem Ġesù.—Mattew 28:18, 19.

  •   Aħna noffru t-talb tagħna f’isem Ġesù.—Ġwanni 15:16.

  •   Aħna nemmnu li Ġesù huwa l-Kap, jew il-wieħed maħtur biex ikollu awtorità, fuq kull bniedem.—1 Korintin 11:3.

 Madankollu, aħna differenti b’diversi modi minn gruppi reliġjużi oħrajn li jissejħu Kristjani. Pereżempju, aħna nemmnu li l-Bibbja tgħallem li Ġesù huwa l-Iben t’Alla, u mhux parti minn Trinità. (Marku 12:29) Aħna ma nemmnux li r-ruħ hija immortali, li hemm xi bażi Skritturali li tgħid li Alla jittortura lin-nies f’nar taʼ dejjem, jew li dawk li jieħdu t-tmexxija f’attivitajiet reliġjużi għandu jkollhom titli li jagħmluhom iktar prominenti minn oħrajn.—Ekkleżjasti 9:5; Eżekjel 18:4; Mattew 23:8-10.