Eżekjel 18:1-32

18  U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:  “Xi jfisser għalikom dan il-qawl li qed tikkwotaw fl-art taʼ Israel, ‘Il-missirijiet jieklu l-għeneb mhux misjur, imma jiddarrsu snien l-ulied’?+  “‘Daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘ma tkunux tistgħu tikkwotawh iktar dan il-qawl f’Israel.  Ara! L-erwieħ huma kollha tiegħi.+ Bħalma hi ruħ+ il-missier hekk ukoll ruħ l-iben—tiegħi huma.+ Ir-ruħ li qed tidneb+—din tmut.+  “‘U jekk raġel ikun ġust u jkun wettaq il-ġustizzja u s-sewwa,+  ma jkunx kiel+ mis-sagrifiċċji idolatrużi fuq il-muntanji+ u għajnejh ma refagħhomx lejn l-idoli taʼ dar Israel moqżieża daqs id-demel,+ u ma kasbarx+ lil mart sieħbu u ma resaqx lejn mara fin-nuqqas taʼ safa tagħha,+  u ma mmaltratta lil ħadd;+ radd lura dak li ħa bħala rahan għad-dejn,+ ma ħataf xejn b’serq,+ lil min hu bil-ġuħ tah ħobżu+ stess u lill-għarwien tah x’jilbes,+  xejn ma ta bl-imgħax+ u m’għamel l-ebda qligħ mis-self,+ żamm idu lura mill-inġustizzja,+ wettaq ġustizzja vera bejn raġel u ieħor,+  baqaʼ jimxi maʼ l-istatuti tiegħi+ u ħares id-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi sabiex iwettaq il-verità,+ hu jkun ġust.+ Żgur jibqaʼ jgħix,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova. 10  “‘U jekk xi ħadd ikollu iben li hu ħalliel,+ wieħed li jxerred id-demm,+ li jkun għamel xi waħda minn dawn l-affarijiet 11  (imma hu nnifsu ma jkun għamel l-ebda waħda minnhom), jekk hu jkun kiel mis-sagrifiċċji idolatrużi fuq il-muntanji,+ u kasbar lil mart sieħbu,+ 12  immaltratta lil min kien qed isofri u lill-fqir,+ ħataf xi affarijiet b’serq,+ u ma raddx lura dak li ħa bħala rahan għad-dejn,+ u refaʼ għajnejh lejn l-idoli moqżieża daqs id-demel,+ hu jkun għamel xi ħaġa mistkerrha.+ 13  Sellef biex jagħmel il-qligħ,+ u ħa l-imgħax,+ u għalhekk żgur ma jibqax jgħix. Għamel dawn l-affarijiet mistkerrhin kollha.+ Żgur jingħata l-mewt. Demmu jkun fuqu stess.+ 14  “‘U jekk wieħed ikollu iben, li jara d-dnubiet kollha li jkun għamel missieru, u jara u ma jagħmilx affarijiet bħalhom.+ 15  Ma jkunx kiel mis-sagrifiċċji idolatrużi fuq il-muntanji, u għajnejh ma refagħhomx lejn l-idoli taʼ dar Israel moqżieża daqs id-demel;+ ma kasbarx lil mart sieħbu;+ 16  u ma mmaltratta lil ħadd,+ ma ħataf l-ebda rahan,+ u xejn ma ħa b’serq;+ lil min kien bil-ġuħ tah ħobżu stess,+ u lill-għarwien tah x’jilbes;+ 17  ma meddx idu fuq min kien qed isofri; ma sellifx bi qligħ+ jew ħa l-imgħax;+ wettaq id-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi;+ mexa maʼ l-istatuti tiegħi;+ hu ma jmutx minħabba l-iżball taʼ missieru.+ Żgur jibqaʼ jgħix.+ 18  Imma missieru, talli imbrolja għall-aħħar,+ ħataf xi ħaġa b’serq mingħand ħuh,+ u għamel kull ħaġa mhix tajba f’nofs il-poplu tiegħu,+ ikollu jmut għall-iżball tiegħu.+ 19  “‘U intom se tgħidu: “Għala l-iben m’għandux għalfejn jitgħabba bl-iżball taʼ missieru?”+ L-iben wettaq il-ġustizzja u s-sewwa,+ ħares l-istatuti kollha tiegħi u qed ikompli jagħmilhom.+ Żgur jibqaʼ jgħix.+ 20  Ir-ruħ li qed tidneb—din tmut.+ Iben ma jitgħabbiex bl-iżball taʼ missieru, u l-missier ma jitgħabbiex bl-iżball taʼ ibnu.+ Il-ġustizzja tal-ġust tiġi fuqu stess,+ u l-ħażen tal-ħażin jiġi fuqu stess.+ 21  “‘Issa jekk xi ħadd ħażin idur lura mid-dnubiet kollha li għamel+ u jħares l-istatuti kollha tiegħi u jwettaq il-ġustizzja u s-sewwa,+ hu żgur jibqaʼ jgħix. Ma jmutx.+ 22  Kulma għamel biex jikser il-liġi ma jitfakkarx kontrih.+ Hu jibqaʼ jgħix għas-sewwa li jkun għamel.’+ 23  “‘Jaqaw jien nitgħaxxaq b’xi mod bil-mewt taʼ xi ħadd ħażin,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘u mhux li dan idur lura minn triqatu u jibqaʼ jgħix?’+ 24  “‘Issa meta xi ħadd ġust idur lura mis-sewwa tiegħu u jagħmel l-inġustizzja,+ jibqaʼ jagħmel skond l-affarijiet mistkerrhin kollha tal-wieħed ħażin u jkompli jgħix,+ xejn mill-atti ġusti kollha li jkun għamel ma jitfakkar.+ Minħabba n-nuqqas taʼ fedeltà li wettaq u d-dnub li dineb bih, minħabba fihom imut.+ 25  “‘U intom se tgħidu: “It-triq taʼ Ġeħova mhix ġusta.”+ Ismaʼ, jekk jogħġbok, O dar Israel. Triqti mhix ġusta?+ Mhux triqatkom m’humiex ġusti?+ 26  “‘Meta xi ħadd ġust idur lura mis-sewwa tiegħu u jagħmel l-inġustizzja+ u jmut minħabba dan, għall-inġustizzja li għamel imut.+ 27  “‘U meta xi ħadd ħażin idur lura mill-ħażen li jkun għamel u jwettaq il-ġustizzja u s-sewwa,+ ikun hu stess li jżomm lil ruħu ħajja.+ 28  Meta jara+ kulma għamel biex jikser il-liġi u jdur lura,+ hu żgur jibqaʼ jgħix. Ma jmutx.+ 29  “‘U dar Israel se tgħid: “It-triq taʼ Ġeħova mhix ġusta.”+ Triqati m’humiex ġusti, O dar Israel?+ Mhux triqatkom m’humiex ġusti?’+ 30  “‘Għalhekk, se niġġudika lil kull wieħed skond triqatu,+ O dar Israel,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.+ ‘Duru lura, iva, duru lura minn kulma qed tagħmlu biex tiksru l-liġi,+ u tħallu xejn ikun taʼ tfixkil għalikom li jġegħelkom tiżbaljaw.+ 31  Neħħu minn fuqkom kulma għamiltu biex tiksru l-liġi,+ u sawru għalikom qalb ġdida+ u spirtu ġdid,+ għax għalfejn għandkom tmutu,+ O dar Israel?’ 32  “‘Għax jien ma niħux pjaċir meta xi ħadd imut,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova. ‘Mela, duru lura u ibqgħu għixu.’”+

Noti taʼ taħt