Mur fil-kontenut

Alla Għandu Isem?

Alla Għandu Isem?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Il-bnedmin kollha għandhom isem personali. Ma jkunx raġunevoli li Alla jkollu isem? Li jkollna u li nużaw isem personali huwa parti vitali mill-ħbiberiji umani. Għandu jkun differenti fejn tidħol il-ħbiberija tagħna m’Alla?

 Fil-Bibbja, Alla jgħid: “Jien Ġeħova. Dak hu ismi.” (Isaija 42:8) Għalkemm hu għandu bosta titli, bħal pereżempju “Alla li Jistaʼ Kollox,” “Mulej Sovran,” u “Ħallieq,” hu jonora lill-aduraturi tiegħu billi jistidinhom jindirizzawh bl-isem personali tiegħu.—Ġenesi 17:1; Atti 4:24; 1 Pietru 4:19.

 Ħafna traduzzjonijiet tal-Bibbja fihom l-isem personali t’Alla f’​Eżodu 6:3. Dan il-vers jgħid: “Kont nidher lil Abraham, lil Iżakk, u lil Ġakobb bħala Alla li Jistaʼ Kollox, imma rigward ismi Ġeħova m’għarrafthomx għalkollox min jien.”

 L-isem Ġeħova huwa traduzzjoni tal-isem t’Alla li bl-Ingliż ilu jintuża sekli sħaħ. Filwaqt li bosta studjużi jippreferu l-verżjoni “Yahweh,” Ġeħova huwa l-iktar forma rikonoxxuta tal-isem. L-ewwel parti tal-Bibbja ma nkitbitx bl-Ingliż iżda bl-Ebrajk, lingwa li tinqara mil-lemin għax-xellug. F’din il-lingwa, l-isem divin jidher bħala erbaʼ konsonanti, יהוה. Dawn l-erbaʼ karattri Ebrajċi—tradotti YHWH—huma magħrufin bħala t-Tetragrammaton.