Isaija 42:1-25

42  Ara! Il-qaddej tiegħi,+ li nżommu sod!+ Il-magħżul tiegħi,+ li ruħi approvat!+ Jien qegħedt l-ispirtu tiegħi fih.+ Se juri l-ġustizzja lill-ġnus.+  Ma jgħajjatx jew jgħolli leħnu, u ma jsemmax leħnu fit-triq.+  Qasba miksura ma jaqsamhiex;+ ftila tal-kittien tnemnem ma jitfihiex. Hu se juri l-ġustizzja bil-verità.+  Hu ma jegħjiex jew jitfarrak sakemm iġib il-ġustizzja fuq l-art;+ u l-gżejjer jibqgħu jistennew għal-liġi tiegħu.+  Hekk qal l-Alla l-veru, Ġeħova, il-Ħallieq tas-smewwiet+ u l-Wieħed Grandjuż li jifrixhom;+ Dak li medd l-art+ u l-prodott tagħha,+ li ta n-nifs+ lin-nies taʼ fuqha,+ u l-ispirtu lil dawk li jimxu fiha:+  “Jien, Ġeħova, aġixxejt bis-sewwa+ u sejjaħtlek, u qbadtlek idek.+ U se nħarsek u nagħtik bħala patt għan-nies,+ bħala dawl għall-ġnus,+  biex tiftaħ l-għajnejn għomja,+ biex toħroġ mill-kalzri lill-ħabsi,+ mill-ħabs lil dawk bil-qiegħda fid-dlam.+  “Jien Ġeħova. Dak hu ismi;+ u lil ħadd iktar ma nagħti l-glorja tiegħi,+ lanqas it-tifħir tiegħi+ lix-xbihat minquxin.+  “L-ewwel affarijiet—ara, ġew,+ imma jien ngħidilkom affarijiet ġodda. Qabel ifiġġu, jien insemmagħhomlkom.”+ 10  Kantaw lil Ġeħova għanja ġdida,+ it-tifħir tiegħu minn tarf l-art,+ intom li l-għajxien tagħkom hu mill-baħar+ u minn kulma hemm fih, intom il-gżejjer u dawk li toqogħdu fihom.+ 11  Ħa jgħollu leħinhom ix-xagħri+ u l-bliet tiegħu, u l-irħula fejn joqgħod Kedar.+ Ħa jgħajtu bil-ferħ dawk li jgħammru fil-blat għoli.+ Minn fuq il-qċaċet tal-muntanji, ħa jgħajtu kemm jifilħu n-nies. 12  Ħa jagħtu glorja lil Ġeħova,+ u ħa jfaħħruh fil-gżejjer.+ 13  Ġeħova se joħroġ bħal raġel setgħan.+ Bħal gwerrier se jqanqal iż-żelu tiegħu.+ Se jgħajjat, iva, se jsemmaʼ għajta tal-gwerra;+ se juri li hu iktar setgħan mill-għedewwa tiegħu.+ 14  “Jien qgħadt kwiet għal ħafna żmien.+ Bqajt sieket.+ Rażżant lili nnifsi.+ Bħal mara li qed tiled se nokrob, nilheġ, u nieħu nifsijiet fl-istess ħin.+ 15  Se nħarbat+ il-muntanji u l-għoljiet, u nnixxef il-ħaxix kollu tagħhom. U nibdel ix-xmajjar fi gżejjer, u nnixxef l-għadajjar mimlijin qasab.+ 16  U mmexxi lill-għomja fi triq li ma jafuhiex;+ minn triq li ma jafuhiex ngħaddihom.+ Se nibdel il-post mudlam quddiemhom f’dawl,+ u l-art imħarbta f’wita.+ Dawn huma l-affarijiet li se nagħmlilhom, u m’iniex se nitlaqhom.”+ 17  Iridu jitreġġgħu lura, se jistħu ħafna, dawk li qed jafdaw fix-xbieha skolpita,+ dawk li qed jgħidu lil xbieha magħmula minn metall imdewweb: “Intom l-allat tagħna.”+ 18  Isimgħu, ja torox; u ħarsu ħa taraw, ja għomja.+ 19  Min hu agħma, jekk mhux il-qaddej tiegħi, u min hu trux bħall-messaġġier tiegħi li jien nibgħat? Min hu agħma bħal min hu mħallas, jew agħma bħall-qaddej taʼ Ġeħova?+ 20  Int rajt ħafna affarijiet, imma ma bqajtx tħares.+ Ftaħt widnejk, imma ma bqajtx tismaʼ.+ 21  Minħabba s-sewwa tiegħu+ Ġeħova għoġbu jkabbar il-liġi+ u jagħmilha maestuża. 22  Imma dan poplu misruq u maħtuf,+ ilkoll maqbudin fil-ħofor, u nżammu moħbijin fil-ħabsijiet.+ Insterqu mingħajr xi ħadd biex jeħlishom,+ inħatfu mingħajr xi ħadd li jgħid: “Agħtihomli lura!” 23  Min fostkom se jagħti widen għal dan? Min se jagħti kas u jismaʼ għaż-żmien li ġej?+ 24  Min ta lil Ġakobb biex jinħataf, u lil Israel biex jinsteraq? Mhux Ġeħova, li dnibna kontrih, u li triqatu huma ma ridux jimxu fihom u li l-liġi tiegħu ma ridux jisimgħu minnha?+ 25  Għalhekk, Hu baqaʼ jsawwab fuq Israel il-korla tiegħu, ir-rabja tiegħu, u s-saħħa tal-gwerra.+ U din għalqitu dawramejt u ħarqitu,+ imma ma tax kas;+ u kompliet tħeġġeġ kontrih, imma ma daħħal xejn f’qalbu.+

Noti taʼ taħt