Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Dak li Tgħid il-Bibbja Dwar X’Inhu Tajjeb u Ħażin Għadu Jgħodd?

Dak li Tgħid il-Bibbja Dwar X’Inhu Tajjeb u Ħażin Għadu Jgħodd?

 Ħafna nies, anki li jgħidu li huma Kristjani, jaħsbu li dak li tgħid il-Bibbja dwar is-sess u ż-żwieġ hu antik. Minħabba li ż-żminijiet inbidlu, xi reliġjonijiet biddlu dak li jgħallmu dwar x’inhu tajjeb u ħażin. Dak li tgħid il-Bibbja dwar x’inhu tajjeb u ħażin għadu jgħodd? Dażgur li jgħodd! Dan l-artiklu se jispjega għala.

In-nies għandhom bżonn lil Alla biex jgħidilhom x’inhu tajjeb u ħażin

 In-nies għandhom bżonn lil Alla biex jiggwidahom. Il-Bibbja tgħid: “Lanqas min jimxi ma jistaʼ jidderieġi l-passi tiegħu.” (Ġeremija 10:23) Alla Ġeħova a ħalaqna bl-abbiltà li nieħdu deċiżjonijiet. Imma hu ma taniex id-dritt jew l-abbiltà li nagħżlu għalina x’inhu tajjeb u ħażin. Għalhekk, hu jixtieq li aħna nistrieħu fuqu.—Proverbji 3:5.

 Dak li Alla jgħid li hu tajjeb u ħażin insibuh fil-Bibbja. Ejja naraw żewġ raġunijiet għala dak li jgħid Alla hu importanti u għadu jgħodd għalina.

  •   Alla ħalaqna. (Salm 100:3) Allura Ġeħova jaf eżatt x’għandna bżonn biex inkunu b’saħħitna u ferħanin. Hu jaf ukoll x’jiġri jekk ma nobdux dak li jgħidilna hu. (Galatin 6:7) Iżjed minn hekk jixtieq li jkollna l-aħjar ħajja. Għalhekk il-Bibbja tgħid li Alla ‘jgħallimna għall-ġid tagħna, u jmexxina fit-triq li għandna nimxu.’—Isaija 48:17.

  •   Ix-xewqat tagħna jistgħu jfixkluna. Ħafna nies jaħsbu li huma kapaċi jkunu jafu x’inhu tajjeb jew ħażin. Imma l-Bibbja tgħid: “Il-qalb qarrieqa iktar minn kull ħaġa oħra u hi ddisprata.” (Ġeremija 17:9) Jekk dak li nkunu nixtiequ nagħmlu ma jaqbilx maʼ dak li jgħidilna Alla, se jwassalna biex nagħmlu affarijiet li wara jiddispjaċina li nkunu għamilniehom.—Proverbji 28:26; Ekkleżjasti 10:2.

Il-mexxejja reliġjużi għandhom jinjoraw dak li tgħid il-Bibbja dwar x’inhu tajjeb u ħażin?

 Le! Il-Bibbja tgħallimna l-verità dwar Alla u kif jixtieq ngħixu ħajjitna. (1 Korintin 6:9-11; Galatin 5:19-23) Hu jixtieq li n-nies ikunu jafu dan. (1 Timotju 2:3, 4) Allura l-Kristjani għandhom jgħallmu dak li tgħid il-Bibbja.—Titu 1:7-9.

 Ħafna nies li ma jridux jobdu dak li tgħid il-Bibbja jmorru għand mexxejja reliġjużi biex jgħidulhom dak li jixtiequ jisimgħu. (2 Timotju 4:3) Imma l-Bibbja tavżana: “Gwaj għal dawk li qed jgħidu li t-tajjeb hu ħażin u l-ħażin hu tajjeb.” (Isaija 5:20) Dan jurina ċar li Alla se jikkastiga lill-mexxejja reliġjużi li ma jgħallmux lin-nies dak li Alla jgħid li hu tajjeb u ħażin.

Dak li tgħid il-Bibbja jinkuraġġixxi lin-nies biex ma jaċċettawx lil oħrajn?

 Le. Dawk li jridu jogħġbu lil Alla jimitaw lil Ġesù Kristu u jobduh. Hu għallem lid-dixxipli tiegħu biex ma jiġġudikawx lil oħrajn imma biex iħobbu u jirrispettaw lil kulħadd.—Mattew 5:43, 44; 7:1.

 Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu biex jgħixu kif jixtieq Alla. Imma għallimhom jaċċettaw li nies oħrajn jistgħu jagħżlu li jemmnu affarijiet differenti. (Mattew 10:14) Ġesù ma ħalliex il-qaddejja tiegħu jużaw il-politika jew xi ħaġa oħra biex iġiegħlu lil oħrajn jobdu lil Alla.—Ġwanni 17:14, 16; 18:36.

X’benefiċċji hemm meta tobdi dak li tgħid il-Bibbja?

 Dawk li jipprovaw jobdu dak li jgħid Alla se jgawdu affarijiet tajbin issa u fil-futur. (Salm 19:8, 11) Ftit minnhom huma:

a Il-Bibbja turina li Ġeħova hu l-isem t’Alla.—Salm 83:18.