L-Ewwel Ittra lil Timotju 2:1-15

  • Talb għal kull tip taʼ nies (1-7)

    • Alla wieħed u medjatur wieħed (5)

    • Fidwa għal kulħadd (6)

  • Istruzzjonijiet għall-irġiel u n-nisa (8-15)

2  L-ewwel nett, inħeġġiġkom biex titolbu għal kull tip taʼ nies, billi titolbu bil-ħniena* lil Alla għall-għajnuna u tirringrazzjawh.  Itolbu għar-rejiet u għal dawk kollha li għandhom pożizzjoni għolja,* ħalli nkunu nistgħu nkomplu ngħixu fil-kwiet u l-paċi u nkunu leali lejn Alla għalkollox u nagħmlu kollox bil-ħeġġa.*  Dan hu tajjeb u aċċettabbli f’għajnejn Alla, Dak li Jsalvana.  Hu jrid li kull tip taʼ nies jiġu salvati u jkollhom għarfien eżatt dwar il-verità.  Għax hemm Alla wieħed, u medjatur* wieħed bejn Alla u n-nies, Kristu Ġesù. Dan hu r-raġel  li ta lilu nnifsu bħala fidwa* għal kulħadd.* Dwar dan se tingħata xhieda f’waqtha.  Hu għalhekk li ġejt inkarigat nipprietka u nkun appostlu, ħalli nkun nistaʼ ngħallem lill-popli dwar il-fidi u l-verità. Dan li qed ngħid hu veru, m’iniex nigdeb.  Għalhekk, jien nixtieq li f’kull post fejn jiltaqgħu l-irġiel leali* għandhom ikomplu jitolbu, mingħajr rabja u argumenti.  Ukoll, ninkuraġġixxi lin-nisa biex jiżżejnu bi lbies adattat,* bil-modestja u bl-għaqal,* mhux bi stili taʼ xagħar immaljat, deheb, perli, jew ħwejjeġ li jiswew ħafna. 10  Iva, biex jidhru sbieħ għandhom jagħmlu affarijiet tajbin kif jixraq lin-nisa li jqimu lil Alla. 11  Il-mara għandha toqgħod titgħallem bil-kwiet* u bl-umiltà.* 12  Ma nippermettix li mara tgħallem jew ikollha awtorità fuq raġel, imma għandha tibqaʼ kwieta.* 13  Għax Adam inħalaq l-ewwel, imbagħad Eva. 14  Ukoll, Adam ma ġiex imqarraq, imma l-mara ġiet imqarrqa għalkollox u dinbet. 15  Però, in-nisa se jibqgħu protetti billi jsiru ommijiet, dejjem jekk jibqgħu jgħixu bil-fidi, l-imħabba, il-qdusija, u l-għaqal.*

Noti taʼ taħt

Ara Termini tal-Bibbja Spjegati, “Talb bil-ħniena.”
Jew “l-awtorità.”
Jew “bis-serjetà kollha.”
Jew “fidwa ekwivalenti għal kull tip taʼ nies.”
Jew “l-irġiel li jerfgħu l-idejn leali tagħhom.”
Jew “li juri rispett.”
Jew “b’moħħ f’loku.”
Jew “mingħajr ma titkellem.”
Jew “b’sottomissjoni sħiħa.”
Jew “kalma; siekta.”
Jew “moħħ f’loku.”