Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 25

Is-Swali tas-Saltna—Għala u Kif Jinbnew?

Is-Swali tas-Saltna—Għala u Kif Jinbnew?

Il-Bolivja

In-Niġerja, qabel u wara

Taħiti

Bħalma juri l-isem Sala tas-Saltna, it-tagħlim prinċipali tal-Bibbja li jiġi diskuss hemm jiffoka fuq is-Saltna t’Alla—it-tema tal-ministeru taʼ Ġesù.—Luqa 8:1.

Huma postijiet taʼ qima vera fil-komunità. Minn dan il-post jiġi organizzat l-ippritkar tal-aħbar tajba tas-Saltna fit-territorju lokali. (Mattew 24:14) Is-Swali tas-Saltna jvarjaw fil-kobor u fl-istruttura tagħhom, imma lkoll mibnijin b’mod sempliċi, u ħafna huma użati minn iktar minn kongregazzjoni waħda. Fis-snin reċenti, bnejna għaxriet taʼ eluf taʼ Swali tas-Saltna ġodda (bejn wieħed u ieħor ħamsa kuljum) sabiex illaħħqu maż-żieda fil-kongregazzjonijiet tagħna. Dan kif inhu possibbli?—Mattew 19:26.

Jinbnew permezz taʼ donazzjonijiet lill-arranġament għall-bini taʼ Swali tas-Saltna. Dawn id-donazzjonijiet jintbagħtu lill-uffiċċju tal-fergħa ħalli l-flus ikunu disponibbli għall-kongregazzjonijiet li jeħtieġu jibnu jew jirranġaw xi Sala tas-Saltna.

Jinbnew minn volontieri li ma jitħallsux u li jiġu minn sfondi differenti. F’ħafna pajjiżi ġew organizzati Gruppi għall-Bini taʼ Swali tas-Saltna. Timijiet taʼ qaddejja u volontieri taʼ kostruzzjoni jmorru minn kongregazzjoni għal oħra fl-istess pajjiż, saħansitra fi nħawi iżolati, biex jgħinu lill-kongregazzjonijiet lokali biex jibnu s-Swali tas-Saltna tagħhom. F’postijiet oħra, Xhieda kwalifikati ġew maħturin biex jieħdu ħsieb il-bini u jirrinnovaw Swali tas-Saltna f’reġjun partikulari. Għalkemm ħafna ħaddiema tas-sengħa mir-reġjun b’mod volontarju jagħtu s-sehem tagħhom f’kull post fejn isir il-bini, il-biċċa l-kbira tal-ħaddiema volontarji jkunu membri tal-kongregazzjoni lokali. L-ispirtu taʼ Ġeħova u l-isforzi ħabrieka tan-nies tiegħu qed jagħmlu dan kollu possibbli.—Salm 127:1; Kolossin 3:23.

  • Il-postijiet taʼ qima tagħna għala jissejħu Swali tas-Saltna?

  • Kif inhu possibbli li jinbnew Swali tas-Saltna madwar id-dinja kollha?