Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 5

X’Se Ssib fil-Laqgħat Kristjani Tagħna?

X’Se Ssib fil-Laqgħat Kristjani Tagħna?

L-Arġentina

Sierra Leone

Il-Belġju

Il-Malasja

Ħafna nies waqfu jattendu servizzi reliġjużi għax ma sabu ebda gwida jew faraġ spiritwali. Allura, għala għandek tattendi l-laqgħat Kristjani li huma organizzati mix-Xhieda taʼ Ġeħova? X’se ssib hemmhekk?

Il-ferħ li tkun fost nies li jħobbu u li jimpurtahom. Fl-ewwel seklu, il-Kristjani kienu organizzati f’kongregazzjonijiet, u kienu jagħmlu laqgħat biex iqimu ’l Alla, jistudjaw l-Iskrittura, u jinkuraġġixxu wieħed lil ieħor. (Ebrej 10:24, 25) Minħabba li kienu jiltaqgħu f’ambjent mimli mħabba, huma kienu jħossu li qegħdin fost ħbieb taʼ veru—ħuthom spiritwali. (2 Tessalonikin 1:3; 3 Ġwanni 14) Aħna nsegwu l-eżempju tal-Kristjani tal-ewwel seklu u nesperjenzaw ferħ simili.

Il-benefiċċju li titgħallem kif tapplika prinċipji Bibliċi. Illum, bħalma kien minnu fi żminijiet Bibliċi, l-irġiel, in-nisa, u t-tfal ilkoll jiltaqgħu flimkien. Għalliema kwalifikati jużaw il-Bibbja biex jgħinuna nagħrfu kif għandna napplikaw il-prinċipji Bibliċi fil-ħajja taʼ kuljum. (Dewteronomju 31:12; Neħemija 8:8) Ilkoll nistgħu nipparteċipaw f’diskussjonijiet mal-udjenza u fil-kant, u b’hekk inkunu nistgħu nesprimu t-tama Kristjana tagħna.—Ebrej 10:23.

Il-barka li l-fidi tiegħek f’Alla tissaħħaħ. L-appostlu Pawlu qal lil waħda mill-kongregazzjonijiet taʼ żmienu: “Għandi xewqa kbira li narakom, . . . biex ninkuraġġixxu lil xulxin bil-fidi tagħna, intom lili u jien lilkom.” (Rumani 1:11, 12) Fil-laqgħat, il-kuntatt regulari maʼ sħabna fit-twemmin isaħħilna l-fidi u d-determinazzjoni biex ngħixu f’armonija mal-prinċipji Bibliċi.

Għala ma taċċettax din l-istedina biex tattendi l-laqgħa li jmiss fil-kongregazzjoni tagħna u tesperjenza dawn l-affarijiet għalik innifsek? Se tingħata merħba mill-qalb. Il-laqgħat huma kollha bla ħlas—ma jsir ebda ġbir.

  • Il-laqgħat tal-kongregazzjoni tagħna, liema eżempju jsegwu?

  • Kif nistgħu nibbenefikaw billi nattendu l-laqgħat Kristjani?