Salm 119:1-176

  • Apprezzament għal dak li jgħid Alla

    • ‘Kif jistgħu ż-żgħażagħ jagħmlu t-tajjeb?’ (9)

    • “Jien inħobbhom it-tfakkiriet tiegħek” (24)

    • “Jien nittama fil-kelma tiegħek” (74, 81, 114)

    • “Kemm inħobbha l-liġi tiegħek!” (97)

    • “Għandi iktar għarfien mill-għalliema kollha tiegħi” (99)

    • “Il-kelma tiegħek hi lampa li turini fejn għandi nimxi” (105)

    • “Dak kollu li tgħid hu veru” (160)

    • Dawk li jħobbu l-liġi t’Alla jkollhom il-paċi (165)

א [Alef] 119  Ferħanin huma dawk leali,*U li jobdu l-liġi taʼ Ġeħova.   Ferħanin huma dawk li jżommu mat-tfakkiriet tiegħu,Li jfittxuh b’qalbhom kollha.   Huma ma jagħmlux affarijiet ħżiena,Imma jagħmlu dak li jrid hu.   Int ikkmandajt lin-niesBiex jobdu sew l-istruzzjonijiet tiegħek.   Kemm nixtieq inkun sod*U dejjem nobdi r-regoli tiegħek!   B’hekk ma jkollix għal xiex nistħiMeta neżamina l-kmandamenti kollha tiegħek.   Hekk kif nitgħallem dwar il-ġudizzji ġusti tiegħek,Jien infaħħrek b’qalb onesta.   Jien se nobdi r-regoli tiegħek. Jalla qatt ma titlaqni għalkollox. ב [Bet]   Kif jistaʼ żagħżugħ jagħmel dak li hu tajjeb?* Billi joqgħod għassa u jagħmel dak li tgħid int. 10  Jien infittxek b’qalbi kollha. Tħallinix nitbiegħed mill-kmandamenti tiegħek. 11  Jien inżomm dak li tgħid f’qalbi,Ħalli ma nidnibx kontrik. 12  Jalla tiġi mfaħħar Ġeħova;Għallimni r-regoli tiegħek. 13  Jien xandart id-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek. 14  Jien nifraħ bit-tfakkiriet tiegħekIktar milli b’kull ħaġa taʼ valur oħra. 15  Jien se naħseb sew* dwar il-kmandamenti tiegħek,U se noqgħod attent li ngħix kif tixtieq int. 16  Jien inħobbhom ħafna l-liġijiet tiegħek. Mhux se ninsa dak li tgħid. ג [Gimel] 17  Ittrattani b’qalb tajbaĦalli jien, il-qaddej tiegħek, ngħix u nobdi dak li tgħid. 18  Jekk jogħġbok, għinni nifhem sewL-affarijiet mill-isbaħ li hemm fil-liġi tiegħek. 19  Inħossni qisni barrani fil-pajjiż. Taħbix il-kmandamenti tiegħek minni. 20  Tant nixtieq inkun naf id-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek li għajejt.* 21  Int tikkundanna lill-prużuntużi,Lil dawk misħutin minħabba li tbiegħdu mill-kmandamenti tiegħek. 22  Tħallihomx ikomplu jobogħduni u juruni diżrispett,Għax jien obdejt it-tfakkiriet tiegħek. 23  Anki meta l-mexxejja jiltaqgħu flimkien u jitkellmu kontrija,Jien, il-qaddej tiegħek, naħseb sew* dwar ir-regoli tiegħek. 24  Jien inħobbhom it-tfakkiriet tiegħek,Dawn huma bħal nies li jagħtuni l-pariri. ד [Dalet] 25  Jien* mitfugħ mal-art fit-trab. Żommni ħaj bħalma wegħedt. 26  Jien għedtlek x’għamilt u int wiġibtni. Għallimni r-regoli tiegħek. 27  Għinni nifhem xi jfissru* l-kmandamenti tiegħek,Ħalli nkun nistaʼ naħseb sew* dwar l-affarijiet mill-isbaħ li int għamilt. 28  Jien* ma nkunx nistaʼ norqod bid-dwejjaq li jkolli. Saħħaħni bħalma wegħedt. 29  Għinni ħalli ma nsirx bniedem qarrieq,U ħenn għalija billi tgħallimni l-liġi tiegħek. 30  Jien iddeċidejt li nkun leali lejk. Jien naf li d-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek huma tajbin. 31  Jien inżomm mat-tfakkiriet tiegħek. Tħallinix niġi ddiżappuntat,* Ġeħova. 32  Jien se nimxi* mal-kmandamenti tiegħek bil-ħeġġa,Għax int tgħinni nifhimhom.* ה [Ħe] 33  Ġeħova, għallimni ngħix fi qbil mar-regoli tiegħek,U jien nimxi magħhom sal-aħħar. 34  Għinni nifhem ħalli nobdi l-liġi tiegħekU nżomm magħha b’qalbi kollha. 35  Iggwidani ħalli nobdi* l-kmandamenti tiegħek,Għax nieħu pjaċir bihom. 36  Għinni nsir inħobb it-tfakkiriet tiegħek,U mhux ix-xewqat egoisti tiegħi. 37  Tħallinix inħares lejn dak li ma jiswa għal xejn;Għinni nagħmel dak li trid int ħalli nibqaʼ ħaj. 38  Agħmel bħalma wegħedtni,*Ħalli n-nies ikollhom rispett kbir lejk.* 39  Neħħili d-diżunur li tant nibżaʼ minnu,Għax id-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek huma tajbin. 40  Ara kemm nixtieq nobdi l-kmandamenti tiegħek. Żommni ħaj għax int ġust. ו [Waw] 41  Ġeħova, jalla nesperjenza l-imħabba u l-lealtà* tiegħekU ssalvani bħalma wegħedt.* 42  Imbagħad inkun nistaʼ nwieġeb lil dak li jgħajjarni,Għax jien nafda fil-kelma tiegħek. 43  Għinni nibqaʼ ngħid dak li hu veru,Għax jien ittamajt fid-deċiżjoni* ġudizzjali tiegħek. 44  Jien se nżomm mal-liġi tiegħek il-ħin kollu,Għal dejjem taʼ dejjem. 45  Kull fejn immur inkun fis-sigurtà,*Għax jien nipprova nobdi l-istruzzjonijiet tiegħek. 46  Jien mhux se nistħi nitkellem dwar it-tfakkiriet tiegħek quddiem ir-rejiet. 47  Jien inħobbhom il-kmandamenti tiegħek,Iva, inħobbhom ħafna. 48  Jien se nitlob b’idejja ’l fuq għax inħobb il-kmandamenti tiegħek. Jien se naħseb sew* fuq ir-regoli tiegħek. ז [Żajin] 49  Ftakar f’dak li wegħedtni,*Li bih tajtni tama.* 50  Dan jgħinni nħossni aħjar meta nkun qed inbati,Għax dak li tgħid int żammni ħaj. 51  Il-prużuntużi jwaqqgħuni għaċ-ċajt kemm jifilħu,Imma jien ma nitbigħedx mil-liġi tiegħek. 52  Ġeħova, jien niftakar id-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek taʼ żmien ilu,U dawn jgħinuni nħossni aħjar. 53  Jien irrabjat ħafna minħabba l-ħżiena,Li jitilqu l-liġi tiegħek. 54  Ngħix fejn ngħix,*L-għanjiet tiegħi huma dwar ir-regoli tiegħek. 55  Ġeħova, matul il-lejl jien niftakar ismekBiex b’hekk inżomm mal-liġi tiegħek. 56  Din saret id-drawwa tiegħiGħax obdejt l-istruzzjonijiet tiegħek. ח [Ħet] 57  Ġeħova, int is-sehem tiegħi;Jien wegħedtek li se nagħmel dak li tgħidli. 58  Jien nitolbok* b’qalbi kollha;Ħenn għalija bħalma wegħedt.* 59  Jien eżaminajt kif kont qed ngħixBiex nerġaʼ nobdi t-tfakkiriet tiegħek. 60  Jien mill-ewwel obdejt il-kmandamenti tiegħek,Ma qgħadtx nitnikker. 61  Il-ħżiena jagħmluli n-nases,Imma jien ma ninsihiex il-liġi tiegħek. 62  F’nofsillejl, jien inqum nirringrazzjakGħall-ġudizzji ġusti tiegħek. 63  Jien ħabib maʼ dawk kollha li jirrispettawk ħafna*U maʼ dawk li jobdu l-gwida tiegħek. 64  Ġeħova, l-imħabba u l-lealtà tiegħek jidhru mad-dinja kollha. Għallimni r-regoli tiegħek. ט [Tet] 65  Ġeħova, int ittrattajtni sew bħalma wegħedt. 66  Għallimni nkun għaqli u agħtini l-għarfien,Għax jien fdajt fil-kmandamenti tiegħek. 67  Qabel, jien dnibt bi żball u batejt minħabba f’hekk. Imma issa qed nobdi dak li tgħid. 68  Alla tiegħi, int tajjeb u dak li tagħmel hu tajjeb. Għallimni r-regoli tiegħek. 69  Il-prużuntużi jigdbu ħafna dwari,Imma jien nobdi l-istruzzjonijiet tiegħek b’qalbi kollha. 70  Huma m’għadhomx iħossu għal ħaddieħor,*Imma jien inħobb il-liġi tiegħek. 71  Ħabat tajjeb li batejt,Għax b’hekk tgħallimt ir-regoli tiegħek. 72  Il-liġi li tajt hi taʼ benefiċċju għalija. Hi ħafna aħjar minn ammont kbir taʼ deheb u fidda. י [Jod] 73  Int għamiltni u fformajtni. Għinni nifhem ħalli nkun nistaʼ nitgħallem il-kmandamenti tiegħek. 74  Dawk li jirrispettawk ħafna* jarawni u jifirħu,Għax jien nittama fil-kelma* tiegħek. 75  Ġeħova, jien naf li d-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek huma ġustiU li ddixxiplinajtni għax int leali. 76  Jalla tgħinni nħossni aħjar bl-imħabba u l-lealtà tiegħek. Agħmel dan bħalma wegħedt* lili, il-qaddej tiegħek. 77  Ħenn għalija ħalli nibqaʼ ngħix,Għax jien inħobbha l-liġi tiegħek. 78  Jalla l-prużuntużi jiġu mġiegħla jistħu,Għax huma jittrattawni b’mod inġust għalxejn b’xejn.* Imma jien se nibqaʼ naħseb sew* fuq l-istruzzjonijiet tiegħek. 79  Ħa jerġgħu jingħaqdu miegħi dawk li jirrispettawk ħafna,*Dawk li jafu t-tfakkiriet tiegħek. 80  Jalla nobdi r-regoli tiegħek b’qalbi kollhaBiex ma niġix imġiegħel nistħi. כ [Kaf] 81  Jien* nixtieq ħafna li ssalvani,Għax nittama fil-kelma* tiegħek. 82  Jien nistenna sakemm isir dak li int wegħedtU nsaqsi: “Meta se tgħinni?” 83  Għax jien qisni flixkun tal-ġilda li nixef fid-duħħan,Imma r-regoli tiegħek ma ninsihomx. 84  Kemm se ndum nistenna? Meta se ġġib ġudizzju kontra dawk li qed jippersegwitawni? 85  Il-prużuntużi li jiksru l-liġi tiegħekGħamluli l-ħofor biex naqaʼ fihom. 86  Il-kmandamenti kollha tiegħek huma taʼ min joqgħod fuqhom. Jien qed niġi ppersegwitat għalxejn b’xejn; għinni! 87  Għal naqra ma qerdunix;Imma jien m’abbandunajtx l-istruzzjonijiet tiegħek. 88  Żommni ħaj għax int turi mħabba u lealtà. B’hekk inkun nistaʼ nżomm mat-tfakkiriet li tajtni. ל [Lamed] 89  Ġeħova, dak li tgħid int se jibqaʼ għal dejjem bħas-sema. 90  Int tibqaʼ leali minn ġenerazzjoni għal oħra. Int għamilt l-art soda, biex tibqaʼ teżisti. 91  Bis-saħħa tad-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek,Il-ħolqien għadu jeżisti sal-lum,Għax dan hu l-qaddej tiegħek. 92  Li kieku ma kontx inħobb il-liġi tiegħek,Kont nispiċċa mmut minħabba t-tbatija tiegħi. 93  Jien qatt mhu se ninsa l-istruzzjonijiet tiegħek,Għax permezz tagħhom żammejtni ħaj. 94  Jien tiegħek; salvani,Għax qed nipprova nobdi l-istruzzjonijiet tiegħek. 95  Il-ħżiena qed jistennew biex jeqirduni,Imma jien nimmedita fuq it-tfakkiriet tiegħek. 96  Rajt ħafna affarijiet perfetti,Imma l-kmandamenti tiegħek huma aħjar minnhom. מ [Mem] 97  Kemm inħobbha l-liġi tiegħek! Il-ġurnata kollha naħseb sew* dwarha. 98  Il-kmandamenti tiegħek jagħmluni iktar għaref mill-għadu tiegħi,Għax huma miegħi għal dejjem. 99  Jien għandi iktar għarfien mill-għalliema kollha tiegħi,Għax naħseb sew* dwar it-tfakkiriet tiegħek. 100  Il-mod kif inġib ruħi juri li kapaċi nifhem iktar minn irġiel akbar,Għax nobdi l-istruzzjonijiet tiegħek. 101  Jien mhu se nagħmel xejn li hu ħażin,Ħalli nżomm maʼ kelmtek. 102  Jien ma nwarrabx mid-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek,Għax int għallimtni. 103  Jien veru nieħu pjaċir b’dak li tgħid int,Għalija hu iktar ħelu mill-għasel! 104  Bl-istruzzjonijiet tiegħek naġixxi b’mod li juri li kapaċi nifhem. Għalhekk nobgħod kull ħaġa li hi ħażina. נ [Nun] 105  Il-kelma tiegħek hi lampa li turini fejn għandi nimxiU dawl għal triqti. 106  Jien ħlift li se nobdi l-liġijiet ġusti tiegħek,U se nżomm kelmti. 107  Ġeħova, jien batejt ħafna. Żommni ħaj bħalma wegħedt. 108  Ġeħova, jekk jogħġbok ħu pjaċir bit-tifħir li nagħti minn jeddi,*U għallimni l-liġijiet tiegħek. 109  Ħajti hi fil-periklu l-ħin kollu,Imma l-liġi tiegħek ma nsejthiex. 110  Il-ħżiena għamluli nassa,Imma jien ma tbegħedtx mill-gwida tiegħek. 111  Jien qatt mhu se nitlaq it-tfakkiriet tiegħek,*Għax dawn iferrħuli qalbi. 112  Jien determinat li* nobdi r-regoli tiegħekIl-ħin kollu, sakemm immut. ס [Samek] 113  Jien nobgħod lil dawk li mhumiex leali għalkollox lejk,*Imma jien inħobb il-liġi tiegħek. 114  Int il-kenn u t-tarka tiegħi,Għax nittama fil-kelma* tiegħek. 115  Żommu ’l bogħod minni, nies ħżiena,Ħalli nkun nistaʼ nobdi l-kmandamenti tal-Alla tiegħi. 116  Appoġġani bħalma wegħedt,*Ħalli nibqaʼ ngħix;Jien ittamajt fik, tħallinix niġi ddiżappuntat.* 117  Appoġġani ħalli niġi salvat,Imbagħad jien dejjem se niffoka fuq ir-regoli tiegħek. 118  Int warrabt lil dawk kollha li jitbiegħdu mir-regoli tiegħek,Għax huma jigdbu u jqarrqu. 119  Int tarmi l-ħżiena tal-art bħallikieku żibel. Għalhekk inħobb it-tfakkiriet tiegħek. 120  Jien nitriegħed għax nibżaʼ minnek;Jien nibżaʼ mid-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek. ע [Għajn] 121  Jien għamilt dak li hu ġust u sewwa. Titlaqnix f’idejn dawk li jaħqruni! 122  Wiegħed li se tgħinni. Jalla l-prużuntużi ma jaħqrunix. 123  Il-vista tiegħi marret lura tant kemm ilni nistenna li ssalvaniU li ssir il-wegħda* ġusta tiegħek. 124  Uri mħabba u lealtà miegħi, il-qaddej tiegħek,U għallimni r-regoli tiegħek. 125  Jien il-qaddej tiegħek; għinni nkun kapaċi nifhem,Ħalli nkun naf it-tfakkiriet tiegħek. 126  Ġeħova wasal iż-żmien biex int taġixxi,Għax huma kisru l-liġi tiegħek. 127  Jien inħobb il-kmandamenti tiegħekIktar mid-deheb, saħansitra iktar mid-deheb fin.* 128  Għalhekk, kull gwida mingħandek inqisha tajba;Jien nobgħod kull ħaġa li hi ħażina. פ [Pe] 129  It-tfakkiriet tiegħek huma tal-għaġeb. Għalhekk nobdihom.* 130  Meta l-kliem tiegħek jiġi spjegat, in-nies jitgħallmu,U dawk taʼ bla esperjenza jkunu kapaċi jifhmu. 131  Tant nixtieq nismaʼ l-kmandamenti tiegħek,Li qtajt nifsi. 132  Agħti kasi u ħenn għalija,Bħalma dejjem tagħmel maʼ* dawk li jħobbu lil ismek. 133  Iggwida* l-passi tiegħi b’dak li tgħid. Tħalli xejn ħażin jikkontrollani. 134  Eħlisni* minn nies ħorox,U jien nibqaʼ nżomm mal-istruzzjonijiet tiegħek. 135  Ħares lejja b’approvazzjoni*U għallimni r-regoli tiegħek. 136  Nieżel ħafna dmugħ minn għajnejja,Għax in-nies ma jobdux il-liġi tiegħek. צ [Sade] 137  Ġeħova, int ġust,U d-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek huma tajbin. 138  It-tfakkiriet li tagħti huma ġustiU taʼ min joqgħod fuqhom. 139  Ix-xewqa li għandi biex nagħmel dak li trid int,Hi bħal nar li jaqbad ġo fija,Għax l-għedewwa tiegħi jinjoraw kliemek. 140  Dak li tgħid int hu pur,*U jien inħobbu. 141  Jien ma niswa xejn għal oħrajn u niġi mmaqdar;Minkejja dan, ma nsejtx l-istruzzjonijiet tiegħek. 142  Int dejjem tagħmel l-affarijiet bil-ġustizzja,U l-liġi tiegħek hi verità. 143  Għalkemm ngħaddi minn tbatija u diffikultà,Jien nibqaʼ nħobb il-kmandamenti tiegħek. 144  It-tfakkiriet tiegħek huma ġusti għal dejjem. Għinni nkun kapaċi nifhem, ħalli nibqaʼ ngħix. ק [Kof] 145  Jien nitolbok b’qalbi kollha. Wiġibni Ġeħova. Jien se nobdi r-regoli tiegħek. 146  Jien ngħajjatlek għall-għajnuna; salvani! Jien se nżomm mat-tfakkiriet tiegħek. 147  Jien qomt qabel ma sebaħ biex ngħajjat għall-għajnuna. Għax nittama fil-kelma* tiegħek. 148  Jien nistenbaħ f’nofs taʼ lejl,*Biex naħseb sew* dwar dak li tgħid int. 149  Ismagħni għax int turi mħabba u lealtà. Ġeħova, żommni ħaj fi qbil mal-ġustizzja tiegħek. 150  Dawk li jagħmlu affarijiet tal-mistħija* jersqu lejja;Huma rrifjutawha l-liġi tiegħek. 151  Int qrib tiegħi, Ġeħova,U l-kmandamenti kollha tiegħek huma veri. 152  Żmien twil ilu tgħallimt li t-tfakkiriet tiegħek għamilthomBiex jibqgħu għal dejjem. ר [Rex] 153  Ara kemm qed inbati u eħlisni,Għax jien ma nsejthiex il-liġi tiegħek. 154  Iddefendini* u eħlisni;Żommni ħaj bħalma wegħedt.* 155  Is-salvazzjoni hi ’l bogħod mill-ħżiena,Għax ma jridux jobdu r-regoli tiegħek. 156  Ġeħova, int ħanin ħafna. Żommni ħaj fi qbil mal-ġustizzja tiegħek. 157  Hemm ħafna li jippersegwitawni u jiħduha kontrija;Imma jien ma tbegħedtx mit-tfakkiriet tiegħek. 158  Jien inħares b’mibegħda lejn dawk li jqarrqu b’oħrajn,Għax huma ma jobdux dak li tgħid int. 159  Ara kemm inħobbhom l-istruzzjonijiet tiegħek! Ġeħova, żommni ħaj għax int turi mħabba u lealtà. 160  Dak kollu li tgħid hu veru,U l-liġijiet ġusti tiegħek jibqgħu għal dejjem. ש [Sin] jew [Xin] 161  Il-mexxejja ppersegwitawni għalxejn b’xejn,Imma jien nirrispetta ħafna dak li tgħid int. 162  Jien nifraħ b’dak li tgħidBħal xi ħadd li jsib teżor. 163  Jien nobogħdu ħafna l-gideb. Jien inħobbha l-liġi tiegħek. 164  Infaħħrek sebaʼ darbiet kuljumMinħabba l-ġudizzji ġusti tiegħek. 165  Dawk li jħobbu l-liġi tiegħek se jkollhom ħafna paċi;Xejn mhu se jfixkilhom. 166  Ġeħova, jien nittama fik għax int issalvani. Jien nobdi l-kmandamenti tiegħek. 167  Jien* inżomm mat-tfakkiriet tiegħekU nħobbhom ħafna. 168  Jien nobdi l-istruzzjonijiet u t-tfakkiriet tiegħek,Għax int taf kulma nagħmel. ת [Taw] 169  Ġeħova, jalla tismagħni meta ngħajjatlek għall-għajnuna. Għinni nifhem skont kelmtek. 170  Jalla tismagħni meta nitolbok bil-ħniena. Salvani bħalma wegħedt.* 171  Jien se nfaħħrek il-ħin kollu,Għax int tgħallimni r-regoli tiegħek. 172  Jien se nkanta dwar dak li tgħid int,Għax il-kmandamenti tiegħek huma kollha ġusti. 173  Jalla tgħinni,Għax jien għażilt li nobdi l-istruzzjonijiet tiegħek. 174  Ġeħova, jien nixtieq ħafna li ssalvani. Inħobbha l-liġi tiegħek. 175  Ħallini* ngħix ħalli nfaħħrek;Jalla d-deċiżjonijiet ġudizzjali tiegħek jgħinuni. 176  Jien, il-qaddej tiegħek, tbegħedt bħal nagħġa mitlufa. Fittixni għax jien ma nsejthomx il-kmandamenti tiegħek.

Noti taʼ taħt

Jew “bla ħtija.”
Letteralment “O li kieku triqati jkunu stabbiliti fis-sod.”
Letteralment “iżomm triqtu nadifa?”
Jew “nistudja.”
Jew “ruħi għejiet.”
Jew “nistudja.”
Jew “Ruħi.”
Jew “nistudja.”
Letteralment “it-triq taʼ.”
Jew “Ruħi.”
Jew “Iġġegħelnix nistħi.”
Letteralment “niġri fit-triq taʼ.”
Jew forsi “tagħtini fiduċja.”
Jew “Mexxini fit-triq taʼ.”
Jew “għedtli.”
Jew forsi “Bħalma wegħedt lil dawk li jibżgħu minnek.”
Jew “għedt.”
Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “nistenna d-deċiżjoni.”
Jew “f’post spazjuż.”
Jew “nistudja.”
Jew “għedtli.”
Jew “Li ġegħeltni nistenna għalih.”
Jew “Fid-dar li ngħix bħala barrani.”
Jew “infittex l-approvazzjoni tiegħek.”
Jew “għedt.”
Letteralment “jibżgħu minnek.”
Letteralment “Qalbhom ma tħoss xejn, bħax-xaħam.”
Letteralment “jibżgħu minnek.”
Jew “nistenna l-kelma.”
Jew “għedt.”
Jew forsi “billi jigdbu kontrija.”
Jew “nistudja.”
Letteralment “jibżgħu minnek.”
Jew “Ruħi.”
Jew “nistenna l-kelma.”
Jew “nistudja.”
Jew “nistudja.”
Letteralment “bl-offerti volontarji taʼ ħalqi.”
Jew “It-tfakkiriet tiegħek huma l-wirt tiegħi għal dejjem.”
Letteralment “mejjilt qalbi biex.”
Jew “dawk taʼ nofs qalb.”
Jew “nistenna l-kelma.”
Jew “għedt.”
Jew “iġġegħelnix nistħi.”
Jew “il-kelma.”
Jew “irfinut.”
Jew “ruħi tobdihom.”
Letteralment “Fi qbil mal-ġudizzju tiegħek lejn.”
Jew “Issoda.”
Letteralment “Ifdini.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “Ġiegħel wiċċek jiddi lejn il-qaddej tiegħek.”
Jew “irfinut sew bin-nar.”
Jew “nistenna l-kelma.”
Jew “nistudja.”
Jew “qabel l-għases tal-lejl.”
Jew “affarijiet oxxeni.”
Jew “Mexxi l-kawża legali tiegħi.”
Jew “għedt.”
Jew “Ruħi.”
Jew “għedt.”
Jew “Ħalli lil ruħi.”