Proverbji 12:1-28

  • Min jobgħod il-korrezzjoni ma jkunx qed jirraġuna (1)

  • “Min jitkellem bla ma jaħsibha jkun qisu qed jagħti daqqiet taʼ sikkina” (18)

  • Dawk li jinkuraġġixxu l-paċi huma ferħanin (20)

  • Ġeħova jobgħod lil min jigdeb (22)

  • L-ansjetà tagħmel lin-nies dipressi (25)

12  Min iħobb id-dixxiplina jħobb jitgħallem,Imma min jobgħod il-korrezzjoni ma jkunx qed jirraġuna.*   Ġeħova japprova lil min hu tajjeb,Imma jikkundanna lil min jippjana l-ħażen.   Ħadd ma jistaʼ jipproteġi lilu nnifsu billi jagħmel il-ħażen,Imma l-ġusti se jkunu bħal siġra li ma tistax tinqalaʼ mill-għeruq.   Mara kapaċi hi bħal kuruna għar-raġel tagħha,Imma l-mara li tagħmel affarijiet tal-mistħija hi bħal marda li tħassarlu għadmu.   Il-ħsibijiet tal-ġusti huma tajbin,Imma l-gwida tal-ħżiena hi qarrieqa.   Il-kliem tal-ħżiena hu bħal xi ħadd li qed jistenna biex jattakka u joqtol,Imma dak li jgħidu l-onesti jsalvahom.   Meta jinqerdu l-ħżiena, dawn jispiċċaw,Imma d-dar tal-ġusti se tibqaʼ.   Persuna tiġi mfaħħra talli toqgħod attenta x’tgħid,Imma min għandu qalbu ħażina se jiġi ttrattat b’diżrispett.   Aħjar ma tkunx importanti u jkollok qaddej,Milli tiftaħar bik innifsek u ma jkollokx x’tiekol.* 10  Il-ġust jieħu ħsieb l-annimali tiegħu,Imma l-ħażin jaħseb li qed juri ħniena, iżda fil-verità jkun kattiv. 11  Dak li jaħdem l-art tiegħu se jixbaʼ bl-ikel,Imma dak li moħħu f’affarijiet li ma jiswew għal xejn m’għandux sens f’moħħu. 12  Raġel mill-agħar jgħir għal dak li jisraq raġel ħażin ieħor,Imma l-ġusti huma bħal siġra li għandha għeruq fil-fond u li tagħti l-frott. 13  Ir-raġel mill-agħar jinqabad f’nassa minħabba l-affarijiet ħżiena li jgħid,Imma l-ġust jaħrab mill-inkwiet. 14  Persuna tistaʼ tgawdi affarijiet sbieħ minħabba dak li tgħid,U din tiġi ppremjata minħabba dak li tagħmel. 15  L-iblah jaħseb li dak li qed jagħmel hu tajjeb,Imma min hu għaref jaċċetta l-pariri. 16  L-iblah mill-ewwel* juri li qed jiddejjaq,Imma l-għaqli jinjora* t-tgħajjir. 17  Xhud leali se jgħid il-verità,*Imma xhud falz jitkellem bil-qerq. 18  Min jitkellem bla ma jaħsibha jkun qisu qed jagħti daqqiet taʼ sikkina,Imma dak li jgħid l-għaref ifejjaq. 19  Il-kliem veru se jibqaʼ għal dejjem,Imma l-gideb għal ftit biss. 20  Dawk li jippjanaw il-ħsara għandhom il-qerq f’qalbhom,Imma dawk li jinkuraġġixxu* l-paċi huma ferħanin. 21  Il-ġust mhu se tiġrilu ebda ħsara,Imma l-ħażin se jkollu ħafna problemi serji. 22  Ġeħova jobgħod lil min jigdeb,Imma hu jieħu pjaċir b’dawk leali. 23  Min hu għaqli ma jgħidx dak li jaf,Imma l-iblah jikxef il-bluha tiegħu. 24  Min jaħdem iebes se jmexxi,Imma l-għażżien se jkollu jagħmel xogħol taʼ bilfors. 25  L-ansjetà tagħmel lin-nies dipressi,*Imma kelma tajba tagħmilhom ferħanin. 26  Il-ġust ifittex art tajba biex jirgħa l-annimali tiegħu,Imma l-ħżiena jitilfu t-triq tagħhom minħabba dak li jagħmlu. 27  L-għażżien ma jmurx jiġri wara annimal biex jikkaċċja,Imma x-xogħol iebes hu teżor prezzjuż. 28  It-triq tal-ġust twassal għall-ħajjaU min jimxi fiha ma jmutx.

Noti taʼ taħt

Jew “qed jagħmel sens.”
Letteralment “ħobż.”
Jew “fl-istess ġurnata.”
Letteralment “jgħatti.”
Letteralment “dak li hu ġust.”
Letteralment “dawk li jagħtu l-pariri għal.”
Jew “L-ansjetà f’qalb il-bniedem ittaqqalha.”