Mur fil-kontenut

X’inhi l-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova?

X’inhi l-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova?

 Il-​Ġemgħa li Tiggverna huma grupp żgħir taʼ Kristjani maturi li jipprovdu direzzjoni għax-​Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-​dinja. Ix-​xogħol tagħhom għandu żewġ skopijiet:

 Il-​Ġemgħa li Tiggverna jsegwu l-​mudell li ħallew “l-​appostli u l-​anzjani f’Ġerusalemm” fl-​ewwel seklu, li ħadu deċiżjonijiet importanti f’isem il-​kongregazzjoni Kristjana kollha kemm hi. (Atti 15:2) Bħal dawk l-​irġiel leali, il-​membri tal-​Ġemgħa li Tiggverna mhumiex il-​mexxejja tal-​organizzazzjoni tagħna. Huma jfittxu fil-​Bibbja għall-​gwida, għax jirrikonoxxu li Alla Ġeħova ħatar lil Ġesù Kristu bħala l-​Kap tal-​kongregazzjoni.—1 Korintin 11:3; Efesin 5:23.

Min huma l-​membri tal-​Ġemgħa li Tiggverna?

 Il-membri tal-Ġemgħa li Tiggverna huma Kenneth Cook, Jr., Gage Fleegle, Samuel Herd, Geoffrey Jackson, Stephen Lett, Gerrit Lösch, Mark Sanderson, David Splane u Jeffrey Winder. Huma jaqdu fil-kwartieri ġenerali tagħna f’Warwick, New York, l-Istati Uniti tal-Amerka.

Il-​Ġemgħa li Tiggverna kif inhi organizzata?

 Il-​Ġemgħa li Tiggverna stabbiliet sitt kumitati biex tieħu ħsieb diversi aspetti tax-​xogħol tagħna, u kull membru jaqdi f’wieħed minn dawn il-​kumitati jew f’aktar.

  •   Il-​Kumitat tal-​Koordinaturi: L-​aħwa li jaqdu f’dan il-​kumitat jieħdu ħsieb kwistjonijiet legali u każi li fihom il-​Xhieda taʼ Ġeħova jiġu persegwitati minħabba t-​twemmin reliġjuż tagħhom. Ukoll, jorganizzaw l-​għajnuna meta jkun hemm xi diżastru jew emerġenza li teffettwa lix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

  •   Il-​Kumitat tal-​Personell: Jieħu ħsieb il-​membri tal-​familja taʼ Betel.

  •   Il-​Kumitat tal-​Ippubblikar: Dawk li jaqdu f’dan il-​kumitat jieħdu ħsieb li l-​letteratura Biblika tiġi stampata u ppubblikata u li tintbagħat madwar id-​dinja. Kif ukoll jieħdu ħsieb il-​kostruzzjoni tal-​postijiet fejn niltaqgħu, l-​uffiċċji tat-​traduzzjoni, u l-​faċilitajiet tal-​fergħa.

  •   Il-​Kumitat tas-​Servizz: Jieħu ħsieb ix-​xogħol tagħna tal-​ippritkar tal-​“aħbar tajba tas-​saltna.”—Mattew 24:14.

  •   Il-​Kumitat tat-​Tagħlim: Jieħu ħsieb it-​tħejjija tat-​tagħlim spiritwali li jiġi provdut fil-​laqgħat, fl-​iskejjel, u fil-​programmi bl-​awdjo u bil-​vidjow.

  •   Il-​Kumitat tal-​Kitba: Għandu r-​responsabbiltà li jieħu ħsieb li jiġi mħejji t-​tagħlim spiritwali stampat u fuq il-​Websajt u jieħu ħsieb ix-​xogħol tat-​traduzzjoni.

 Minbarra x-​xogħol li tagħmel f’dawn il-​kumitati, il-​Ġemgħa li Tiggverna tiltaqaʼ kull ġimgħa biex tikkunsidra l-​bżonnijiet tal-​organizzazzjoni. F’dawn il-​laqgħat, il-​membri jiddiskutu dak li tgħid l-​Iskrittura u jsegwu d-​direzzjoni tal-​ispirtu qaddis t’Alla. Huma dejjem iħabirku biex id-​deċiżjonijiet ikunu unanimi.—Atti 15:25.

Min huma dawk li jgħinu lill-​Ġemgħa li Tiggverna?

 Dawn huma Kristjani taʼ min jafdahom li jgħinu lill-​kumitati tal-​Ġemgħa li Tiggverna. (1 Korintin 4:2) Huma għandhom l-​abbiltà u l-​esperjenza fix-​xogħol li jieħu ħsieb il-​kumitat li huma inkarigati fih, u jattendu l-​laqgħa li jkollu dan il-​kumitat kull ġimgħa. Għalkemm m’għandhomx sehem f’li jieħdu d-​deċiżjonijiet, dawn jagħtu pariri taʼ valur u jagħtu informazzjoni fuq dak li jkun qed jiġi diskuss. Huma wkoll jaraw li jitwettqu d-​deċiżjonijiet tal-​kumitat u regolarment jiċċekkjaw ir-​riżultati taʼ dawn id-​deċiżjonijiet. Jistgħu wkoll jiġu inkarigati mill-​Ġemgħa li Tiggverna biex iżuru lill-​aħwa f’diversi postijiet madwar id-​dinja jew biex jagħtu xi taħdita f’okkażjonijiet speċjali bħal fil-​laqgħat annwali jew il-​gradwazzjoni taʼ Gilegħad.

LISTA TAʼ DAWK LI JGĦINU

Kumitat

Isem

Il-​Koordinaturi

  • Ekrann, John

  • Gillies, Paul

  • Snyder, Troy

Il-​Personell

  • Grizzle, Gerald

  • LaFranca, Patrick

  • Molchan, Daniel

  • Scott, Mark

  • Walls, Ralph

L-​Ippubblikar

  • Butler, Robert

  • Corkern, Harold

  • Glockentin, Gajus

  • Gordon, Donald

  • Luccioni, Robert

  • Reinmueller, Alex

  • Sinclair, David

Is-​Servizz

  • Breaux, Gary

  • Dellinger, Joel

  • Georges, Betty

  • Griffin, Anthony

  • Hyatt, Seth

  • Jedele, Jody

  • Mavor, Christopher

  • Perla, Baltasar, Jr.

  • Rumph, Jacob

  • Smith, Jonathan

  • Turner, William, Jr.

  • Weaver, Leon, Jr.

It-​Tagħlim

  • Banks, Michael

  • Curzan, Ronald

  • Flodin, Kenneth

  • Malenfant, William

  • Noumair, Mark

  • Schafer, David

Il-​Kitba

  • Ahladis, Nicholas

  • Christensen, Per

  • Ciranko, Robert

  • Godburn, Kenneth

  • Mantz, James

  • Marais, Izak

  • Martin, Clive

  • Myers, Leonard

  • Smalley, Gene

  • van Selm, Hermanus