Mur fil-kontenut

X’inhi s-sema?

X’inhi s-sema?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

 Fil-​Bibbja, il-​kelma “sema” tintuża fi tliet modi differenti: (1) is-​smewwiet letterali; (2) fejn jgħixu l-​ispirti; u (3) simbolu taʼ pożizzjoni għolja jew importanti. F’kull każ, il-​kuntest jgħinna nifhmu t-​tifsira korretta. a

  1.   Is-​smewwiet letterali. Hawnhekk, il-​kelma “smewwiet” tirreferi għall-​atmosfera tal-​art, fejn jonfoħ ir-​riħ, fejn itiru l-​għasafar, fejn is-​sħab iġib ix-​xita u l-​borra, u fejn jidhru s-​sajjetti. (Salm 78:26; Proverbji 30:19; Isaija 55:10; Luqa 17:24) Tistaʼ tintuża wkoll biex tirreferi għall-​ispazju, il-​post fejn hemm “ix-​xemx u l-​qamar u l-​kwiekeb.”—Dewteronomju 4:19; Ġenesi 1:1.

  2.   Fejn jgħixu l-​ispirti. It-​terminu “sema” jintuża wkoll biex jirreferi għas-​smewwiet spiritwali, jew il-​post fejn jgħixu l-​ispirti, stat iktar għoli taʼ eżistenza, ’il fuq u separat minn dak tal-​univers fiżiku. (1 Slaten 8:27; Ġwanni 6:38) Dawn is-​smewwiet spiritwali huma l-​post fejn jgħix Alla Ġeħova, li hu “Spirtu,” kif ukoll l-​anġli spirti li hu ħalaq. (Ġwanni 4:24; Mattew 24:36) Kultant, “is-​smewwiet” jirrappreżentaw l-​anġli leali kollha, “il-​kongregazzjoni tal-​qaddisin.”—Salm 89:5-​7.

     Il-​Bibbja tuża wkoll “smewwiet” biex tirreferi għall-​post speċifiku fejn joqgħod Ġeħova, il-​post ‘fejn jgħammar.’ (1 Slaten 8:43, 49; Ebrej 9:24; Rivelazzjoni 13:6) Pereżempju, il-​Bibbja bassret, li Satana u d-​demonji kienu se jitkeċċew mis-​sema, ma jitħallewx iktar jidħlu fil-​preżenza taʼ Ġeħova. Madankollu, huma xorta għadhom ħlejjaq spirti.—Rivelazzjoni 12:7-​9, 12.

  3.   Simbolu taʼ pożizzjoni għolja. L-​Iskrittura tuża l-​kelma “sema” biex tirrappreżenta pożizzjoni għolja, normalment pożizzjoni t’awtorità. Pożizzjoni bħal din tistaʼ tiġi okkupata minn:

X’hemm fis-​sema spiritwali?

 Dan il-​post spiritwali huwa mimli attività. Fih mijiet taʼ miljuni taʼ ħlejjaq spirti li qed iwettqu l-​kelma taʼ Ġeħova.—Salm 103:20, 21; Danjel 7:10.

 Il-​Bibbja tiddeskrivi s-​sema bħala post mimli dawl qawwi. (1 Timotju 6:15, 16) Fil-​viżjoni tas-​sema li rċieva Eżekjel kien hemm “dija” qawwija, filwaqt li fil-​viżjoni tas-​sema li ra Danjel “kien hemm nixxiegħa tan-​nar.” (Eżekjel 1:26-​28; Danjel 7:9, 10) Is-​sema hija qaddisa, jew nadifa, u tal-​għaġeb.—Salm 96:6; Isaija 63:15; Rivelazzjoni 4:2, 3.

 Kull meta l-​Bibbja titkellem dwar is-​smewwiet, dejjem tagħtina stampa tal-​għaġeb. (Eżekjel 43:2, 3) Minkejja dan, mhuwiex possibbli għall-​bnedmin li jifhmu kompletament dak li hemm fis-​sema ladarba dan hu post bil-​wisq ogħla minn dak li s-​sensi tagħna jistgħu jifhmu.

a Il-​kelma Ebrajka tradotta “sema,” milli jidher tiġi minn kelma oħra li tfisser “għoli,” jew “superjuri.” (Proverbji 25:3) Ara The New Brown, Driver, and Briggs Hebrew and English Lexicon of the Old Testament, paġna 1029.

b McClintock and Strong’s Cyclopedia tgħid li s-​smewwiet ġodda f’​Isaija 65:17, ifissru “gvern ġdid, saltna ġdida.”​—Volume IV, paġna 122.