Mur fil-kontenut

Huma d-Demonji Reali?

Huma d-Demonji Reali?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Iva. Id-demonji huma “anġli li dinbu,” spirti li rribellaw kontra Alla. (2 Pietru 2:4) L-ewwel anġlu li għamel lilu nnifsu demonju kien Satana x-Xitan, li l-Bibbja ssejjaħlu “l-ħakkiem tad-demonji.”—Mattew 12:24, 26.

Ribelljoni fi Żmien Noè

 Il-Bibbja ssemmi ribelljoni li saret mill-anġli qabel id-Dilluvju taʼ żmien Noè: “Ulied l-Alla l-veru bdew jinnotaw li l-bniet tal-bnedmin kienu sbieħ; u ħadu nisa għalihom, jiġifieri, lil dawk kollha li għoġbuhom.” (Ġenesi 6:2) Dawn l-anġli mill-agħar “abbandunaw il-post xieraq fejn kellhom jgħammru” fis-sema u ħadu iġsma taʼ bnedmin sabiex ikollhom x’jaqsmu sesswalment man-nisa.—Ġuda 6.

 Meta ġie d-Dilluvju, dawn l-anġli ribellużi abbandunaw l-iġsma taʼ bnedmin li kienu ħadu u reġgħu marru fis-sema. Madankollu, Alla keċċiehom mill-familja tiegħu. Bħala parti mill-kastig tagħhom, id-demonji qatt iktar ma tħallew jieħdu iġsma taʼ bnedmin.—Efesin 6:11, 12.