Mur fil-kontenut

Il-​purgatorju jissemma fil-​Bibbja?

Il-​purgatorju jissemma fil-​Bibbja?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

 Le, ma jissemmiex. Fil-​Bibbja, il-​kelma “purgatorju” qatt ma tissemma, u lanqas ma tgħallem li r-​ruħ taʼ dawk li mietu tmur titnaddaf fil-​purgatorju. a Ara x’tgħallem il-​Bibbja dwar id-​dnub u l-​mewt u kif dan imur kontra t-​tagħlim tal-​purgatorju.

  •   Fidi fis-​sagrifiċċju tad-​demm taʼ Ġesù hu li jnaddaf persuna mid-​dnub, u mhux l-​hekk imsejjaħ purgatorju. Il-​Bibbja tgħid li “d-​demm taʼ Ġesù Kristu [l-​Iben t’Alla] jnaddafna minn kull dnub” u li “Ġesù Kristu . . . ħallna minn dnubietna bis-​saħħa taʼ demmu.” (1 Ġwanni 1:7; Apokalissi 1:5, Il-​Bibbja, Għaqda Biblika Maltija) Ġesù ta “ħajtu b’fidwa għall-​kotra.”​—Mattew 20:28, Il-​Bibbja, GħBM.

  •   In-​nies li mietu ma jafu xejn. “Il-​ħajjin, għallinqas, jafu li għad imutu, iżda l-​mejtin ma jafu xejn.” (Koħèlet 9:5, Il-​Bibbja, GħBM) Persuna li mietet ma tistaʼ tħoss xejn u għalhekk ma tistaʼ titnaddaf bl-​ebda nar tal-​purgatorju.

  •   Wara li persuna tmut m’hemm l-​ebda kastig għal dnubietha. Il-​Bibbja tgħid li “min imut, jeħles mid-​dnub” u li “l-​ħlas tad-​dnub hu l-​mewt.” (Rumani 6:​7, 23, Il-​Bibbja, GħBM) Il-​mewt hi l-​ħlas komplet għad-​dnubiet.

a Rigward il-​purgatorju, il-​ktieb Orpheus: A General History of Religions jgħid li “din ma tissemma mkien fl-​Evanġelji.” Bl-​istess mod, in-​New Catholic Encyclopedia tgħid: “Nistgħu nikkonkludu li t-​tagħlim Kattoliku dwar il-​purgatorju hu bbażat fuq tradizzjoni, u mhux fuq l-​Iskrittura Imqaddsa.”​—It-​tieni edizzjoni, il-​11-​il volum, paġna 825.

b Ara n-​New Catholic Encyclopedia, it-​tieni edizzjoni, il-​11-​il volum, paġna 824.