Mur fil-kontenut

Il-Bibbja X’Tgħid Dwar il-Pornografija? Huwa Ħażin is-Cybersex?

Il-Bibbja X’Tgħid Dwar il-Pornografija? Huwa Ħażin is-Cybersex?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Il-Bibbja ma ssemmix direttament il-pornografija, is-cybersex, jew attivitajiet simili. Madankollu, il-Bibbja titkellem ċar u tond dwar kif Alla jħossu dwar azzjonijiet li jippromwovu s-sess barra ż-żwieġ jew ħarsa mhix xierqa lejn is-sess. Ikkunsidra dawn il-versi tal-Bibbja:

  •   “Għalhekk, mewtu l-membri taʼ ġisimkom li qegħdin fuq l-art fejn tidħol iż-żína, in-nuqqas taʼ ndafa, l-aptit sesswali.” (Kolossin 3:5) Minflok ma tmewwithom ix-xewqat ħżiena, il-pornografija tqanqalhom. Din tagħmel lil dak li jkun mhux nadif, jew maħmuġ, f’għajnejn Alla.

  •   “Kulmin jibqaʼ jħares lejn mara biex jixtieqha jkun diġà għamel adulterju magħha f’qalbu.” (Mattew 5:28) Stampi sesswali immorali jagħtu bidu għal ħsibijiet ħżiena li jwasslu għal azzjonijiet ħżiena.

  •   “Lanqas biss għandhom jissemmew fostkom iż-żína u n-nuqqas taʼ ndafa taʼ kull xorta jew ir-regħba.” (Efesin 5:3) Lanqas biss għandna nsemmu s-sess immorali, mela kemm iktar m’għandniex narawh jew naqraw dwaru.

  •   “L-għemejjel tal-laħam jidhru ċar, u huma ż-żína, in-nuqqas taʼ ndafa, . . . u affarijiet bħal dawn. Rigward dan kollu qed inwissikom minn qabel, bħalma diġà wissejtkom, li min jipprattika dawn l-affarijiet ma jiritx is-saltna t’Alla.” (Galatin 5:19-21) Alla jqis lil dawk li jużaw il-pornografija jew jieħdu sehem fis-cybersex, is-sess minn fuq it-telefown, jew is-sexting bħala li mhumiex nodfa, maħmuġin moralment. Jekk niħduha drawwa nagħmlu dawn l-affarijiet, nistgħu nitilfu għalkollox l-approvazzjoni t’Alla.