Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

ilbusca/E+ via Getty Images

IBQAʼ ATTENT!

In-Nies Għala Ma Jistgħux Jgħixu Flimkien fil-Paċi?​—⁠X’Tgħid il-Bibbja?

In-Nies Għala Ma Jistgħux Jgħixu Flimkien fil-Paċi?​—⁠X’Tgħid il-Bibbja?

 Fid-dinja, la l-gvernijiet u lanqas l-organizzazzjonijiet internazzjonali ma rnexxielhom iġibu l-paċi. Mit-Tieni Gwerra Dinjija ‘l hawn, qatt ma kien hawn daqshekk ġlied u gwerer għaddejjin daqs kemm hawn bħalissa. Dan ifisser li madwar żewġ biljun ruħ, jiġifieri kwart mill-popolazzjoni tad-dinja, jgħixu fejn hemm dal-ġlied.

 In-nies għala ma jistgħux jgħixu fil-paċi? X’tgħid il-Bibbja?

Tliet raġunijiet għala n-nies ma jistgħux iġibu l-paċi

  1.  1. Il-mod kif jaġixxu n-nies juri li lanqas biss iridu jipprovaw iġibu l-paċi. Il-Bibbja qalet minn qabel li fi żmienna, “in-nies ikunu jħobbu lilhom infushom, iħobbu l-flus, minfuħin bihom infushom, suppervi, . . . żleali, . . . ma jkunux iridu jiftiehmu, . . . mingħajr rażna, feroċi, . . . rashom iebsa, imkabbrin.”​—2 Timotju 3:2-4.

  2.  2. In-nies, kemm waħedhom u kemm bħala grupp, mhumiex kapaċi jsolvu l-problemi tagħhom mingħajr l-għajnuna tal-Ħallieq tagħhom, Alla Ġeħova a. Il-Bibbja turi li “lanqas min jimxi ma jistaʼ jidderieġi l-passi tiegħu.”​—Ġeremija 10:23.

  3.  3. Id-dinja hija kkontrollata minn Satana x-Xitan, mexxej ħażin u b’saħħtu, u li “qed iqarraq bl-art abitata kollha.” (Rivelazzjoni 12:9) Sakemm “id-dinja kollha qiegħda taħt il-qawwa tal-Ħażin,” se jibqaʼ jkun hawn il-gwerer u l-ġlied.​—1 Ġwanni 5:19.

Min jistaʼ jġib il-paċi?

 Il-Bibbja twegħedna li se jkun hawn paċi, mhux bis-saħħa tal-bnedmin, imma bis-saħħa t’Alla.

  •   “‘Għax jien naf il-ħsibijiet li qed naħseb dwarkom,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘ħsibijiet taʼ paċi, mhux taʼ ħsara, sabiex nagħtikom futur u tama.’”​—Ġeremija 29:11.

 Alla kif se jagħmel dan? “L-Alla li jagħti l-paċi dalwaqt se jgħaffeġ lil Satana.” (Rumani 16:20) Alla se juża gvern fis-sema, li l-Bibbja tirreferi għalih bħala “s-Saltna t’Alla,” biex iġib il-paċi mad-dinja kollha. (Luqa 4:43) Meta Ġesù Kristu, ir-Re taʼ din is-Saltna, se jmexxi fuq l-art, in-nies se jiġu mgħallmin kif jgħixu fil-paċi.​—Isaija 9:6, 7.

a Ġeħova hu l-isem persunali t’Alla.​—Salm 83:18.