Mur fil-kontenut

Il-Paċi fuq l-Art—Kif Se Tinkiseb?

Il-Paċi fuq l-Art—Kif Se Tinkiseb?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Il-paċi fuq l-art mhux se tinkiseb permezz tal-isforzi tal-bniedem, iżda permezz tas-Saltna t’Alla, gvern fis-sema mmexxi minn Kristu Ġesù. Innota kif il-Bibbja tgħallimna dwar din it-tama meraviljuża.

  1.   Alla se “jwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art,” u b’hekk iżomm il-wegħda tiegħu li jġib “paċi fuq l-art fost il-bnedmin taʼ rieda tajba.”—Salm 46:9; Luqa 2:14.

  2.   Is-Saltna t’Alla se taħkem mis-sema għal fuq l-art kollha kemm hi. (Danjel 7:14) Bħala gvern dinji, dan se jelimina n-nazzjonaliżmu, li hu l-kaġun taʼ ħafna konflitti.

  3.   Ġesù, il-Ħakkiem tas-Saltna t’Alla, jissejjaħ il-“Prinċep tal-Paċi,” u hu se jagħmel ċert li “għall-paċi ma jkun hemm ebda tmiem.”—Isaija 9:6, 7.

  4.   In-nies li huma determinati li jibqgħu jiġġieldu mhux se jitħallew jgħixu fis-Saltna, peress li “kulmin iħobb il-vjolenza Ruħu [ruħ Alla] tobogħdu.”—Salm 11:5; Proverbji 2:22.

  5.   Alla jgħallem lis-sudditi tiegħu kif jgħixu fil-paċi. Meta tiddeskrivi r-riżultati taʼ din l-istruzzjoni, il-Bibbja tgħid: “Ikollhom jaħdmu sjufhom f’sikek tal-moħriet u l-lanez tagħhom fi skieken taż-żabra. Ġens ma jerfax sejf kontra ġens, u ma jitħarrġux iktar għall-gwerra.”—Isaija 2:3, 4.

 Miljuni taʼ Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-dinja kollha diġà qed jitgħallmu minn Alla kif ikunu paċifiċi. (Mattew 5:9) Għalkemm ġejjin minn ħafna gruppi etniċi differenti u ngħixu f’iktar minn 230 pajjiż differenti, aħna nirrifjutaw li niġġieldu kontra bnedmin oħrajn.

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova qed jitgħallmu kif jiksbu l-paċi llum