IL-BIBBJA TBIDDEL IL-ĦAJJIET
Iġġilidt kontra l-inġustizzja u l-vjolenza kif naf jien
-
SENA TAT-TWELID: 1960
-
POST TAT-TWELID: IL-LIBANU
-
PASSAT: ESPERT TAL-KUNG FU
IL-PASSAT TIEGĦI:
Jien trabbejt f’Rmaysh, qrib il-fruntiera bejn l-Iżrael u l-Libanu, fi żmien taʼ gwerra ċivili. Għandi memorji ħajjin taʼ splużjonijiet taʼ bombi li jinħbew taħt l-art u taʼ vittmi innoċenti mingħajr saqajn. Il-ħajja kienet iebsa, u l-kriminalità u l-vjolenza kienu mifruxin maʼcheck kullimkien.
Il-familja tiegħi kienet tagħmel parti mill-Knisja Maronita, waħda mill-Knejjes Kattoliċi tal-Lvant. Missieri kien dejjem jaħdem biex jipprovdi materjalment għal familja taʼ 12, imma ommi għamlet ċert li l-bqija tal-familja kollha kienu jmorru l-knisja. Maż-żmien, bdejt inħoss li r-reliġjon, bħas-soċjetà inġenerali, naqset li tappoġġa lid-dgħajfin.
F’żgħożiti bdejt ninteressa ruħi fil-kung fu. Tħarriġt ħafna u sirt tas-sengħa f’li nagħti daqqiet bis-sieq u bl-idejn u f’li nuża armi varji tal-arti marzjali. Ħsibt bejni u bejn ruħi, ‘Ma nistax inwaqqaf il-gwerra, imma għall-inqas nistaʼ nipprova nwaqqaf lil nies vjolenti.’ Kull meta rajt tnejn min-nies jiġġieldu, kont nindaħal mill-ewwel. Kienet taqbiżli malajr, u kont nirrabja għal xejn b’xejn. In-nies fin-Nofsinhar kollu tal-Libanu kienu jibżgħu minni, għax kont qed niggwerra kontra l-inġustizzja u l-vjolenza kif naf jien.
Fl-1980, ingħaqadt maʼcheck klabb tal-kung fu f’Bejrut. Bombi, balal, u missili kienu jintefgħu taʼ kuljum, imma xorta bqajt għaddej bit-taħriġ tiegħi. Ħajti għaddejtha f’li niekol, norqod, u ngħix bħal Bruce Lee, attur Ċiniż-Amerikan u ċampjin tal-kung fu. Ikkopjajt l-istil taʼ xagħru, il-mixja tiegħu, u l-għajta tiegħu meta kien jiġġieled il-kung fu. Qatt ma kont nitbissem.
KIF IL-BIBBJA BIDDLITLI ĦAJTI:
Il-mira tiegħi kienet li nsir professjonist tal-kung fu fiċ-Ċina. Lejla waħda, waqt li kont qed nittrennja iebes bi preparazzjoni għall-vjaġġ lejn iċ-Ċina, smajt il-bieb iħabbat. Ħabib kien ġie maʼcheck tnejn mix-Xhieda taʼ Ġeħova. Kont liebes libsa tat-trejning
sewda, bl-għaraq nieżel maʼcheck ġismi, u għedtilhom, “Jien ma naf xejn dwar il-Bibbja.” Mur obsor li minn dakinhar ’il quddiem, ħajti kienet se tinbidel.Ix-Xhieda wrewni mill-Bibbja għala l-bnedmin waħedhom qatt ma jistaʼ jirnexxilhom jeliminaw kompletament l-inġustizzja u l-vjolenza. Spjegawli li Satana x-Xitan hu l-kaġun veru taʼ problemi bħal dawn. (Rivelazzjoni 12:12) Bqajt impressjonat bil-paċi u l-konvinzjoni li kellhom ix-Xhieda. Qalbi ntmesset meta għallmuni li Alla għandu isem. (Salm 83:18) Urewni wkoll l-1 Timotju 4:8, li jgħid: “It-taħriġ tal-ġisem hu taʼ benefiċċju għal ftit; imma d-devozzjoni lejn Alla hi taʼ benefiċċju għal kollox, għax toffri l-wegħda tal-ħajja t’issa u taʼ dik li ġejja.” Dan il-kliem kellu impatt kbir fuq ħajti.
B’sogħba, tlift il-kuntatt max-Xhieda, għax tal-familja qalulhom biex ma jerġgħux jiġu. Minkejja dan, iddeċidejt li nieqaf nipprattika l-kung fu u li nibda nistudja l-Bibbja. Lil ħuti m’għoġbithomx l-idea, imma jien kont determinat li nerġaʼ nsib lix-Xhieda taʼ Ġeħova u nistudja l-Bibbja magħhom.
Komplejt infittex lix-Xhieda imma ma stajtx insibhom. Sadanittant, tnikkitt bil-kbir bil-mewt għal għarrieda taʼ missieri kif ukoll bi traġedji oħra tal-familja. Kont bdejt naħdem maʼcheck kumpanija tal-kostruzzjoni, u darba minnhom sieħbi tax-xogħol li jismu Adel waqqafni u staqsieni għala kont nidher daqshekk imdejjaq. Beda jitkellem dwar it-tama tal-irxoxt li tagħti l-Bibbja. Għad-disaʼ xhur taʼ wara, bil-paċenzja dan ix-Xhud bi mħabba u b’qalb tajba studja l-Bibbja miegħi.
Hekk kif l-istudju mexa ’l quddiem, bdejt nara l-bżonn li nagħmel bidliet kbar fil-personalità. Ma kienx faċli. Kont dejjem nervuż u kont insir aggressiv daqs tazza ilma. Mill-Bibbja tgħallimt nikkontrolla t-tempra u ma naġixxix għal kull ħaġa taʼ xejn. Pereżempju, f’Mattew 5:44 insibu l-parir taʼ Ġesù: “Komplu ħobbu lill-għedewwa tagħkom u itolbu għal dawk li qed jippersegwitawkom.” U Rumani 12:19 iwissi: “Tivvendikawx ruħkom, . . . għax hu miktub: ‘Il-vendetta hi tiegħi; jien inħallas, jgħid Ġeħova.’” Dawn l-iskritturi u oħrajn bil-mod il-mod għenuni jkolli l-paċi miegħi nnifsi.
KIF IBBENEFIKAJT:
Għalkemm tal-familja għall-bidu opponew id-deċiżjoni tiegħi li nistudja max-Xhieda taʼ Ġeħova, huma saru jirrispettaw lix-Xhieda. Fil-fatt, wieħed minn ħuti s-subien ingħaqad miegħi fil-qima lil Ġeħova, u ommi kienet tiddefendi t-twemmin tagħna m’oħrajn sakemm mietet.
Ġejt imbierek ukoll bil-mara meraviljuża u leali tiegħi, Anita, li hi s-sieħba għażiża tiegħi fil-ministeru fultajm. Fis-sena 2000, jien u Anita ġejna noqogħdu f’Eskilstuna, l-Iżvezja, fejn ngħinu lin-nies li jitkellmu bl-Għarbi jitgħallmu l-Bibbja.
Għadni nħoss għan-nies li jsofru minħabba l-vjolenza. Imma ladarba naf il-kaġun veru tagħha—u li Alla dalwaqt se jtemmha—inħoss ferħ u paċi vera.—Salm 37:29.
Jien u marti nitgħaxxqu ngħallmu lil oħrajn dwar Ġeħova. Aħna ferħanin ħafna fil-ministeru