Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

LEZZJONI 01

Kif Tistaʼ Tgħinek il-Bibbja?

Kif Tistaʼ Tgħinek il-Bibbja?

Kważi kulħadd isaqsi dwar għala neżistu, inbatu, immutu u kif se tkun il-​ħajja fil-​futur. Għandna bżonn l-​għajnuna wkoll biex insolvu problemi bħal li naqilgħu biżżejjed flus u kif ikollna familja ferħana. Ħafna nies isibu li l-​Bibbja hi t’għajnuna. Mhux biss għax tgħinhom iwieġbu mistoqsijiet importanti fil-​ħajja, imma anki għax tagħtihom pariri tajbin għall-​ħajja ta’ kuljum. Taħseb li l-​Bibbja tista’ tgħin lin-​nies?

1. X’inhuma xi mistoqsijiet li twieġeb il-​Bibbja?

Il-​Bibbja twieġeb dawn il-​mistoqsijiet importanti: Kif bdiet il-​ħajja? X’inhu l-​iskop tal-​ħajja? In-​nies għala jbatu? X’jiġri meta jmut xi ħadd? Jekk kulħadd irid il-​paċi, għala hawn ħafna gwerer? X’se jiġri minnha d-​dinja? Il-​Bibbja tinkuraġġina biex insaqsu l-​mistoqsijiet. Fil-​fatt miljuni ta’ nies huma sodisfatti bit-​tweġibiet li tagħti.

2. Il-​Bibbja kif tista’ tgħinna ngawdu l-​ħajja ta’ kuljum?

Il-​Bibbja ttina pariri tajbin. Pereżempju, tgħin lill-​familji jkunu vera ferħanin. Tgħidilna xi rridu nagħmlu meta nkunu stressjati u kif nistgħu nieħdu pjaċir bix-​xogħol tagħna. Int se tkun taf x’tgħallem il-​Bibbja dwar dawn is-​suġġetti u ħafna oħrajn hekk kif tiddiskuti dan il-​ktieb. Se tara wkoll kif ‘l-​Iskrittura kollha [kulma fiha l-​Bibbja] . . . se tgħinek.’​—2 Timotju 3:16.

Din il-​pubblikazzjoni ma tiħux post il-​Bibbja. Minflok, tgħinek biex tara x’tgħid il-​Bibbja. Għalhekk, ninkuraġġuk biex taqra l-​iskritturi fil-​lezzjonijiet u tqabbilhom ma’ dak li qed titgħallem.

TGĦALLEM IŻJED

Ara kif il-​Bibbja għenet lin-​nies, kif tista’ tieħu pjaċir taqraha, u għala hu tajjeb li jkollok għajnuna biex tifhimha.

3. Il-​Bibbja tista’ tiggwidana

Il-​Bibbja hija bħal torċ. Tista’ tgħinna biex nieħdu deċiżjonijiet tajbin u tgħidilna x’se jiġri fil-​futur.

Aqra Salm 119:​105, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif kien iħares lejn il-​Bibbja min kiteb dan is-​salm?

  • Inti kif tħares lejha l-​Bibbja?

4. Il-​Bibbja tista’ twieġeb il-​mistoqsijiet tagħna

Mara sabet li l-​Bibbja wieġbet il-​mistoqsijiet li inkwetawha għal ħafna snin. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet li ġejjin.

  • Fil-​vidjow, il-​mara x’tip ta’ mistoqsijiet kellha?

  • Li tistudja l-​Bibbja kif għenha?

Il-​Bibbja tinkuraġġina biex insaqsu l-​mistoqsijiet. Aqra Mattew 7:​7, u mbagħad iddiskuti:

  • X’mistoqsijiet għandek li l-​Bibbja tista’ twieġeb?

5. Tista’ tieħu pjaċir taqra l-​Bibbja

Ħafna nies jieħdu pjaċir jaqraw il-​Bibbja u jibbenefikaw minnha. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet li ġejjin.

  • Fil-​vidjow, iż-​żgħażagħ kif ħassewhom dwar li jaqraw?

  • Għalkemm jiddejqu jaqraw, għala jieħdu pjaċir jaqraw il-​Bibbja?

Il-​Bibbja ttina pariri li bihom inħossuna aħjar u li jagħtuna tama. Aqra Rumani 15:​4, u mbagħad iddiskuti:

  • Tixtieq tkun taf iżjed dwar din il-​wegħda?

6. Oħrajn jistgħu jgħinuna nifhmu l-​Bibbja

Ħafna sabu li apparti li jaqraw il-​Bibbja waħedhom, jgħinhom ukoll li jiddiskutuha m’oħrajn. Aqra Atti 8:​26-​31, u mbagħad iddiskuti:

Ir-​raġel Etjopjan kellu bżonn l-​għajnuna biex jifhem x’kien qed jaqra. Ħafna nies illum isibuha t’għajnuna li jiddiskutu l-​Bibbja m’oħrajn

ĦAFNA JGĦIDU: “Li tistudja l-​Bibbja hu ħela ta’ ħin.”

  • Int kif twieġeb? Għala taħseb hekk?

XI DDISKUTEJNA?

Il-​Bibbja tagħti pariri għall-​ħajja ta’ kuljum, twieġeb mistoqsijiet importanti, tgħin lin-​nies iħossuhom aħjar, u ttihom tama għall-​futur.

X’Tgħallimt

  • X’tip ta’ pariri tista’ ssib fil-​Bibbja?

  • X’inhuma xi mistoqsijiet li twieġeb il-​Bibbja?

  • X’tixtieq titgħallem mill-​Bibbja?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara kif il-​Bibbja għenet lil raġel li kien ibati minn kif kien iħossu minn mindu kien żgħir.

Kif Bdiet il-​Ħajja Ġdida u Ferħana Tiegħi (2:​53)

Ara l-​pariri tajbin tal-​Bibbja għall-​familja.

“12-​il sigriet ta’ familji li jirnexxu” (Stenbaħ! Nru. 2 2018)

Tgħallem kif il-​Bibbja tikkoreġi l-​idea żbaljata li ħafna għandhom dwar min imexxi d-​dinja.

Għala għandek tistudja l-​Bibbja?​—Verżjoni twila (3:​14)