Mur fil-kontenut

Għala x-Xhieda taʼ Ġeħova biddlu xi ftit mit-twemmin tagħhom?

Għala x-Xhieda taʼ Ġeħova biddlu xi ftit mit-twemmin tagħhom?

 Aħna dejjem użajna l-​Bibbja bħala l-​unika awtorità għat-​twemmin tagħna, allura aġġustajna dak li nemmnu hekk kif il-​fehma tagħna tal-​Iskrittura saret iktar ċara. a

 Bidliet bħal dawn huma fi qbil mal-​prinċipju tal-​Bibbja li jinsab fi Proverbji 4:18: “Il-​mogħdija tan-​nies sewwa hi bħal dawl qawwi li qed jiżdied iktar u iktar sal-​milja tal-​jum.” Hekk kif tkun tielaʼ x-​xemx, id-​dawl tagħha jibda juri bil-​mod il-​mod l-​affarijiet iktar ċari. Bl-​istess mod, Alla jagħtina l-​fehma tal-​verità divina b’mod progressiv, fil-​ħin xieraq Tiegħu. (1 Pietru 1:10-​12) Bħalma bassret il-​Bibbja, hu qed jgħaġġel dan il-​proċess matul “żmien it-​tmiem.”—Danjel 12:4.

 Dawn l-​aġġustamenti fil-​fehma tagħna m’għandhomx jissorprenduna jew iħawduna. Qaddejja t’Alla fil-​passat ukoll kellhom ideat u stennijiet żbaljati u kellhom bżonn jaġġustaw il-​ħarsa tagħhom.

  •   Mosè offra lilu nnifsu biex ikun il-​ħellies tal-​ġens tal-​Iżrael 40 sena qabel iż-​żmien li kellu f’moħħu Alla.—Atti 7:23-​25, 30, 35.

  •   L-​appostli ma fehmux il-​profezija li bassret il-​mewt u l-​irxoxt tal-​Messija.—Isaija 53:8-​12; Mattew 16:21-​23.

  •   Xi Kristjani tal-​bidu kellhom ideat żbaljati dwar iż-​żmien meta kellu jiġi “l-​jum taʼ Ġeħova.”—2 Tessalonikin 2:1, 2.

 Alla iktar tard ikkoreġa l-​fehma żbaljata tagħhom, u aħna nitolbu li hu jkompli jagħmel l-​istess magħna.—Ġakbu 1:5.

a Aħna ma nipprovawx naħbu dawn il-​bidliet fil-​fehma tagħna dwar dak li tgħid il-​Bibbja. Infatti, aħna nniżżluhom bil-​miktub u nippubblikawhom. Pereżempju, ikteb “Kjarifika tat-​Twemmin Tagħna” fil-​kaxxa fejn tfittex fil-​LIBRERIJA ONLAJN tat-​Torri tal-​Għassa.