Mur fil-kontenut

Noti taħt il-washing machine

Noti taħt il-washing machine

 Zarina kienet tgħammdet bħala waħda mix-Xhieda taʼ Ġeħova fir-Russja. Imbagħad hi marret lura f’art twelidha fl-Asja Ċentrali u riedet tagħmel minn kollox biex trabbi liż-żewġt ibniet tagħha fil-verità. Peress li ma tantx kellha flus, hi kienet toqgħod f’appartament żgħir ħafna. Fl-istess appartament kienu joqogħdu l-ġenituri tagħha flimkien maʼ ħuha u martu. Il-ġenituri tagħha ma riduhiex tgħallem il-verità tal-Bibbja lit-tfal tagħha. Apparti minn hekk, huma qalu lit-tfal biex ma jitkellmux m’ommhom dwar il-Bibbja.

 Zarina ħasbet sew dwar kif tistaʼ tgħin lit-tfal tagħha jitgħallmu dwar Ġeħova. (Proverbji 1:8) Allura talbet lil Alla bla waqfien biex jgħinha u jtiha l-għerf. Imbagħad Zarina aġixxiet fi qbil mat-talb tagħha billi kienet tieħu t-tfal għal passiġġata u titkellem magħhom dwar kemm il-ħolqien hu sabiħ. Dawn il-passiġġati żgħar għenu lit-tfal ikollhom interess fil-Ħallieq.

 Apparti minn hekk, Zarina ħasbet f’mod kif setgħet tgħallem lit-tfal iktar billi tuża l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? a Hi kienet tikteb il-paragrafi u l-mistoqsijiet tal-ktieb kelma b’kelma fuq biċċiet tal-karti. Kienet anki żżid xi sentenzi biex tgħin lit-tfal jifhmu l-istudju aħjar. Imbagħad kienet taħbi l-biċċiet tal-karti u lapes taħt il-washing machine fil-kamra tal-banju. Meta l-bniet kienu jkunu fil-kamra tal-banju, kienu joqogħdu jaqraw il-paragrafi u jiktbu t-tweġibiet.

 Permezz taʼ dan il-metodu, Zarina rnexxielha tistudja żewġ kapitli tal-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? maʼ wliedha qabel ma sabu post fejn joqogħdu għalihom it-tlieta. Hemmhekk, hi setgħet trabbi t-tfal bla tfixkil. F’Ottubru tal-2016, iż-żewġt ibniet tgħammdu u huma ferħanin li ommhom użat l-għaqal u d-dixxerniment sabiex tieħu ħsiebhom spiritwalment.

a Ħafna nies issa jużaw il-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!