Mur fil-kontenut

Jistaʼ Xi Ħadd Ikun Jaf Min Verament Kitibha l-Bibbja?

Jistaʼ Xi Ħadd Ikun Jaf Min Verament Kitibha l-Bibbja?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Lil ħafna nies jintqalilhom li ma nistgħux inkunu ċerti min kitibha l-Bibbja. Iżda l-Bibbja spiss hi ċara dwar min kiteb il-kontenut tagħha. Xi partijiet jibdew bi frażijiet bħal “kliem Neħemija,” “il-viżjoni taʼ Isaija,” u “l-kelma taʼ Ġeħova li ġiet lil Ġoel.”—Neħemija 1:1; Isaija 1:1; Ġoel 1:1.

 Ħafna mill-kittieba tal-Bibbja rrikonoxxew li kitbu f’isem Ġeħova, l-uniku Alla veru, u li ġew gwidati minnu. Il-profeti li kitbu l-Iskrittura Ebrajka pproklamaw iktar minn 300 darba: “Hekk qal Ġeħova.” (Għamos 1:3; Mikea 2:3; Naħum 1:12) Kittieba oħrajn irċivew il-messaġġ t’Alla permezz tal-anġli.—Żakkarija 1:7, 9.

 Il-Bibbja nkitbet minn madwar 40 raġel fi żmien 1,600 sena. Xi rġiel intużaw biex jiktbu iktar minn ktieb wieħed tal-Bibbja. Fil-fatt, il-Bibbja hi librerija fiċ-ċokon taʼ 66 ktieb. Din tikkonsisti minn 39 ktieb tal-Iskrittura Ebrajka, li minn bosta wħud tissejjaħ it-Testment il-Qadim, u minn 27 ktieb tal-Iskrittura Griega Kristjana, li spiss tissejjaħ it-Testment il-Ġdid.