Mur fil-kontenut

Il-Bibbja X’Tgħid Dwar it-Trasfużjonijiet tad-Demm?

Il-Bibbja X’Tgħid Dwar it-Trasfużjonijiet tad-Demm?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Il-Bibbja tagħtina l-kmand biex ma niħdux demm. Għalhekk, m’għandniex naċċettaw demm sħiħ jew il-komponenti primarji tiegħu fi kwalunkwe forma, sew jekk f’għamla taʼ ikel u sew jekk f’għamla taʼ trasfużjoni. Innota l-iskritturi li ġejjin:

  •   Ġenesi 9:4. Alla ppermetta lil Noè u lill-familja tiegħu jieklu l-laħam tal-annimali wara d-Dilluvju iżda kkmandahom biex ma jiħdux id-demm. Alla qal lil Noè: “Huwa biss il-laħam b’ruħu—demmu—li ma tistgħux tieklu.” Dan il-kmand beda japplika għall-umanità kollha minn dakinhar ’il quddiem għax aħna lkoll dixxendenti taʼ Noè.

  •   Levitiku 17:14. “Ma tridu tieklu d-demm t’ebda tip taʼ laħam, għaliex ir-ruħ taʼ kull tip taʼ laħam hi demmu. Kulmin jieklu jiġi maqtugħ.” Alla kien iqis ir-ruħ, jew il-ħajja, bħala li tinsab fid-demm u li tappartjeni lilu. Għalkemm din il-liġi kienet ngħatat biss lill-ġens taʼ Iżrael, turi kemm Alla kien iqisha bis-serjetà l-liġi kontra li wieħed jiekol id-demm.

  •   Atti 15:20. ‘Tbiegħdu mid-demm.’ Lill-Kristjani, Alla tahom l-istess kmand li kien ta lil Noè. L-istorja turi li l-Kristjani tal-bidu kienu jirrifjutaw li jieklu demm sħiħ, jew li jużawh minħabba raġunijiet mediċi.

Alla għala jagħtina l-kmand biex nitbiegħdu mid-demm?

 Hemm evidenza medika li t-trasfużjonijiet tad-demm huma taʼ periklu għal saħħitna. Iżda, iktar importanti minn hekk, Alla jagħtina l-kmand li nitbiegħdu mid-demm għax dak li jirrappreżenta huwa sagru għalih.—Levitiku 17:11; Kolossin 1:20.