Mur fil-kontenut

Il-Bibbja Tgħid Xi Ħaġa Dwar iż-Żwiġijiet tal-Istess Sess?

Il-Bibbja Tgħid Xi Ħaġa Dwar iż-Żwiġijiet tal-Istess Sess?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Il-Ħallieq tagħna stabbilixxa r-regoli dwar iż-żwieġ ħafna qabel ma l-gvernijiet bdew joħorġu liġijiet dwar dan l-arranġament. L-ewwel ktieb tal-Bibbja jgħidilna: “Raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jrid jingħaqad maʼ martu u huma jsiru ġisem wieħed” (Ġenesi 2:24) Il-kelma Ebrajka “martu,” skont Vine’s Expository Dictionary of Biblical Words “tfisser persuna fil-femminil.” Ġesù kkonferma li dawk taħt il-madmad taż-żwieġ għandhom ikunu “raġel u mara.”—Mattew 19:4.

 Għalhekk, Alla ried li ż-żwieġ ikun rabta permanenti u intima bejn raġel u mara. L-irġiel u n-nisa ġew maħluqin b’mod li jikkumplimentaw lil xulxin sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw il-bżonnijiet emozzjonali u sesswali taʼ xulxin u jnisslu t-tfal.