Mur fil-kontenut

L-Istudjużi Jemmnu li Ġesù Eżista?

L-Istudjużi Jemmnu li Ġesù Eżista?

 L-istudjużi għandhom bażi soda biex jemmnu li Ġesù eżista. Rigward ir-referenzi li saru għal Ġesù u għall-Kristjani tal-bidu minn storjografi tal-ewwel u t-tieni seklu, enċiklopedija tgħid: “Dawn ir-rakkonti differenti jagħtu prova li fiż-żminijiet tal-qedem saħansitra l-opponenti tal-Kristjanità qatt ma ddubitaw li Ġesù kien persunaġġ storiku, li ġie diskuss għall-ewwel darba u fuq bażi mhux adegwata fi tmiem is-seklu 18, matul is-seklu 19, u fil-bidu tas-seklu 20.”—Encyclopædia Britannica, 2002 Edition.

 Fl-2006, ktieb qal: “Ebda studjuż li għandu reputazzjoni tajba llum ma jiddubita li kien jgħix Lhudi jismu Ġesù bin Ġużeppi; ħafna minnhom mill-ewwel jammettu li issa għandna ammont konsiderevoli taʼ informazzjoni dwar l-għemejjel u t-tagħlim bażiku tiegħu.”—Jesus and Archaeology.

 Il-Bibbja tiddeskrivi lil Ġesù bħala persuna reali u tipprovdi l-ismijiet tal-antenati u tal-familja immedjata tiegħu. (Mattew 1:1; 13:55) Tagħti wkoll l-ismijiet taʼ ħakkiema prominenti li għexu fi żmien Ġesù. (Luqa 3:1, 2) Dawn id-dettalji jippermettu li r-riċerkaturi jivverifikaw l-eżattezza tar-rakkonti Bibliċi.