Mur fil-kontenut

Użu taʼ data persunali—L-Estonja

Użu taʼ data persunali—L-Estonja

Meta xi ħadd isir pubblikatur, hu jaċċetta li l-​organizzazzjoni reliġjuża tax-​Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-​dinja—li tinkludi l-​kongregazzjoni lokali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova, l-​uffiċċju tal-​fergħa lokali, u organizzazzjonijiet simili li jaħdmu flimkien tax-​Xhieda taʼ Ġeħova—tuża d-​data persunali fi qbil mal-​liġi u mal-​interessi reliġjużi leġittimi tagħha. Il-​pubblikaturi minn jeddhom jipprovdu d-​data persunali lill-​kongregazzjoni tagħhom kif imniżżel fil-​ktieb Organizzati biex nagħmlu r-​rieda ta’ Ġeħova sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem f’attivitajiet reliġjużi fi qbil mal-​qima tagħhom u biex ikunu jistgħu jirċievu appoġġ spiritwali.—1 Pietru 5:2.

Il-​pubblikaturi għandhom mnejn jagħtu iktar data persunali lix-​Xhieda taʼ Ġeħova hekk kif jieħdu sehem f’attivitajiet reliġjużi oħra. Id-​data persunali tistaʼ tinkludi l-​isem, id-​data tat-​twelid, is-​sess, id-​data tal-​magħmudija, l-​informazzjoni fejn jistaʼ jiġi kkuntattjat, jew l-​informazzjoni li għandha x’taqsam mas-​saħħa spiritwali, l-​attività tal-​ministeru tal-​għalqa, jew kwalunkwe rwol fost ix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Din id-​data tinkludi informazzjoni li tistaʼ turi t-​twemmin tal-​pubblikatur u tistaʼ tinkludi wkoll data persunali oħra li tkun sensittiva. L-​użu taʼ data persunali jistaʼ jfisser il-​ġbir, l-​irrekordjar, l-​organizzar, l-​irranġar, u li tinżamm din id-​data, kif ukoll xi affarijiet simili li jkunu saru fuq din id-​data.

Il-​liġi dwar il-​protezzjoni tad-​data għal dan il-​pajjiż hi:

General Data Protection Regulation (EU) 2016/679.

Taħt din il-​liġi dwar il-​protezzjoni tad-​data, il-​pubblikaturi jagħtu l-​kunsens tagħhom għall-​użu tad-​data persunali tagħhom mix-​Xhieda taʼ Ġeħova għal skopijiet reliġjużi, inkluż dawn li ġejjin:

  • li jipparteċipaw fi kwalunkwe laqgħa taʼ kongregazzjoni lokali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova u fi kwalunkwe attività jew proġett b’mod volontarju;

  • li jagħżlu li jipparteċipaw f’laqgħa, f’assemblea, jew f’konvenzjoni li tkun rekordjata u mxandra għall-​benefiċċju spiritwali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-​dinja;

  • li jieħdu ħsieb kwalunkwe inkarigu jew iwettqu kwalunkwe rwol ieħor f’kongregazzjoni, li jinkludi li l-​isem tal-​pubblikatur u l-​inkarigu jiġu mwaħħlin maʼ notice board f’Sala tas-​Saltna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova;

  • li jinżammu l-​Congregation’s Publisher Record kards;

  • li l-​anzjani tax-​Xhieda taʼ Ġeħova jagħmlu żjajjar pastorali u jieħdu ħsieb il-​pubblikaturi (Atti 20:28; Ġakbu 5:14, 15);

  • li titniżżel l-​informazzjoni fejn jistgħu jiġu kkuntattjati biex tintuża f’każ taʼ emerġenza.

Data persunali tinżamm għal perjodu taʼ żmien mhux speċifikat sakemm dawn l-​iskopijiet imniżżlin hawn fuq jew skopijiet leġittimi oħrajn japplikaw. Jekk pubblikatur jagħżel li ma jiffirmax il-​formola Avviż u kunsens għall-​użu taʼ data persunali, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova għandhom mnejn ma jkunux jistgħu jevalwaw jekk ikunx xieraq li l-​pubblikatur iwettaq ċerti rwoli fil-​kongregazzjoni jew jipparteċipa f’ċerti attivitajiet reliġjużi.

Id-​data persunali tistaʼ tintbagħat, meta jkun neċessarju u xieraq, lil kwalunkwe organizzazzjoni tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. Il-​pubblikaturi jifhmu li xi organizzazzjonijiet tax-​Xhieda taʼ Ġeħova jistgħu jkunu f’pajjiżi fejn il-​liġijiet jipprovdu livelli differenti tal-​protezzjoni tad-​data, li mhux dejjem ikunu ekwivalenti għal-​livelli tal-​protezzjoni tad-​data tal-​pajjiż minn fejn intbagħtet l-​informazzjoni. Minkejja dan, il-​pubblikaturi jifhmu li kull min jirċievi d-​data persunali tagħhom, li jistaʼ jinkludi organizzazzjonijiet fil-​kwartieri ġenerali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova fl-​Istati Uniti, se juża din id-​data fi qbil mal-​Policy globali tal-​protezzjoni tad-​data tax-​Xhieda taʼ Ġeħova biss.

Il-​pubblikaturi għandhom id-​dritt għall-​aċċess taʼ, jitolbu li titħassar jew jillimitaw l-​ipproċessar taʼ, u biex jikkoreġu kwalunkwe ineżattezza dwar id-​data persunali li tkun għand ix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Il-​pubblikaturi jistgħu jikkanċellaw fi kwalunkwe ħin il-​kunsens tagħhom fejn jidħol l-​użu tad-​data persunali tagħhom fil-​futur. Jekk pubblikatur ineħħi l-​kunsens tiegħu għall-​użu tad-​data persunali, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova għandhom mnejn ikunu intitolati li jkomplu jużaw xi data persunali mingħajr dan il-​kunsens, skont l-​iskopijiet reliġjużi leġittimi taʼ li tinżamm u tiġi mmaniġġjata informazzjoni tal-​membership mad-​dinja kollha tax-​Xhieda taʼ Ġeħova jew fuq xi bażi fi qbil mal-​liġi pprovduta fil-​liġi dwar il-​protezzjoni tad-​data. Il-​pubblikaturi huma konxji tal-​fatt li għandhom id-​dritt li jagħmlu lment mal-​Awtoritajiet għall-​protezzjoni tad-​data tal-​pajjiż fejn ikunu joqogħdu.

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova adottaw diversi prekawzjonijiet prattiċi u tekniċi, fi qbil mal-​liġi dwar il-​protezzjoni tad-​data, biex jipproteġu data persunali. Il-​pubblikaturi jifhmu li d-​data persunali tagħhom se tkun aċċessata biss minn numru limitat taʼ persuni awtorizzati biex iwettqu l-​iskopijiet t’hawn fuq.

Kwalunkwe mistoqsija tistaʼ tintbagħat permezz taʼ e-​mail lill-​uffiċjal inkarigat tal-​protezzjoni tad-​data fuq:

DataProtectionOfficer.EE@jw.org.

Il-​pubblikaturi jafu li l-​identità taʼ u l-​informazzjoni fejn jistaʼ jiġi kkuntattjat il-​kontrollatur tad-​data fil-​pajjiż tagħhom, u fejn japplika, dawk tar-​rappreżentant tiegħu u l-​uffiċjal tal-​protezzjoni tad-​data tiegħu, jistgħu jinstabu fil-​paġna bl-​isem Kuntatti tal-​protezzjoni tad-​data fuq jw.org.

Jistaʼ jkun li l-​prattiki tagħna tad-​data jinbidlu minn żmien għal żmien minħabba bidliet fl-​attivitajiet tar-​reliġjon tagħna, fil-​liġi, jew fit-​teknoloġija. Jekk qatt ikun hemm bżonn li tinbidel din il-​paġna bl-​isem Użu taʼ data persunali, aħna nitfgħu dawn il-​bidliet fuq din il-​paġna sabiex il-​pubblikaturi jkunu dejjem konxji taʼ liema informazzjoni niġbru u kif nużawha. Jekk jogħġbok iċċekkja minn żmien għal żmien għal xi bidliet fuq din il-​paġna.