Mur fil-kontenut

Użu taʼ Data Personali—Ir-Repubblika Ċeka

Użu taʼ Data Personali—Ir-Repubblika Ċeka

Dan l-avviż taʼ privatezza tad-data jispjega għala u kif ix-Xhieda taʼ Ġeħova jiġbru u jużaw id-data personali tal-pubblikaturi, u jiddeskrivi d-drittijiet li għandhom il-pubblikaturi għad-data personali tagħhom. F’dan l-avviż, ir-referenzi għal “int” jew “tiegħek” jirreferu għal individwi li huma pubblikaturi a mhux mgħammdin jew mgħammdin f’kongregazzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova u li d-data personali tagħhom tiġi proċessata mix-Xhieda taʼ Ġeħova b’konnessjoni maʼ li tinżamm u jiġu amministrati r-reliġjon u l-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova.

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jagħmlu x-xogħol tagħhom madwar id-dinja kollha. F’dan l-avviż, “Organizzazzjoni Reliġjuża,” “tagħna,” “aħna,” jew “magħna” tirreferi għall-organizzazzjoni reliġjuża tax-Xhieda taʼ Ġeħova madwar id-dinja jew tirreferi għal waħda jew iktar minn waħda mill-entitajiet użati mix-Xhieda taʼ Ġeħova. Dawn l-entitajiet jinkludu l-kongregazzjoni lokali, l-uffiċċju tal-fergħa lokali, u entitajiet oħra użati mix-Xhieda taʼ Ġeħova. Waħda jew iktar minn waħda minn dawn l-entitajiet huwa l-kontrollur tad-data personali tiegħek, skont ir-raġuni għala qed tikkomunika magħna. The Religious Society of Jehovah’s Witnesses huwa l-kontrollur tad-data għall-pubblikaturi fil-kongregazzjonijiet fir-Repubblika Ċeka.

Bħalma hu mniżżel fil-ktieb Organizzati biex nagħmlu r-rieda taʼ Ġeħova, aħna niġbru d-data personali direttament mingħandek, minn sorsi disponibbli pubblikament, jew mingħand oħrajn meta ssir pubblikatur sabiex b’hekk tkun tistaʼ tieħu sehem f’attivitajiet reliġjużi tal-qima tiegħek u biex tkun tistaʼ tirċievi appoġġ spiritwali.—1 Pietru 5:2.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l-użu tad-data personali tiegħek jew tixtieq tikkuntattja lill-uffiċjal lokali tiegħek tal-protezzjoni tad-data, jekk jogħġbok ibgħat email fl-indirizz li ġej:

DataProtectionOfficer.CZ@jw.org.

Hawn taħt għandek issib iktar informazzjoni dwar l-użu tad-data personali tiegħek.

Id-data personali li niġbru dwarek

B’mod volontarju, int tipprovdi l-biċċa l-kbira tad-data personali li niġbru u nużaw biex tinżamm u biex jiġu amministrati r-reliġjon u l-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova. Minħabba f’hekk, ġeneralment se ssib li d-data personali li niġbru u nużaw tkun ovvja. Din id-data tinkludi dan li ġej:

  • Data bażika, bħal ismek, id-data tat-twelid, u l-ġeneru

  • Data taʼ kuntatt, bħall-indirizz postali tiegħek, l-indirizz tal-email, numri tat-telefown, u l-informazzjoni taʼ kuntatt f’emerġenza

  • Data spiritwali, bħad-data tal-magħmudija tiegħek, “midlukin” jew “nagħaġ oħra,” kwalunkwe rwol jew inkarigu li għandek fil-kongregazzjoni lokali jew fl-Organizzazzjoni Reliġjuża, l-attività tiegħek fil-ministeru tal-għalqa, l-istat spiritwali tiegħek u kwalunkwe dati li għandhom x’jaqsmu maʼ dak l-istat, u informazzjoni simili oħra dwar is-saħħa spiritwali tiegħek.

Id-data personali li niġbru dwarek tistaʼ tinkludi wkoll kategoriji speċjali taʼ data personali (data taʼ kategorija speċjali). Il-kategoriji speċjali jinkludu l-oriġini etnika u t-twemmin reliġjuż, fost oħrajn.

Skopijiet u bażijiet legali li minħabba fihom nużaw id-data personali tiegħek

Il-proċedura tagħna hi li niġbru d-data personali biss li hi neċessarja għall-iskopijiet tagħna u li nipproċessawha legalment fuq bażi legali u valida.

Meta ssir pubblikatur, aħna niġbru u nużaw legalment id-data personali tiegħek fi qbil mal-interess leġittimu tagħna f’li aħna nżommu u namministraw ir-reliġjon tax-Xhieda taʼ Ġeħova sabiex b’hekk int tkun tistaʼ tipparteċipa f’attivitajiet reliġjużi b’konnessjoni mal-qima tiegħek u tirċievi appoġġ spiritwali. Meta d-data li nipproċessaw turi xi kategoriji speċjali taʼ data personali, bħat-twemmin reliġjuż tiegħek, aħna nipproċessaw id-data b’miżuri taʼ protezzjoni xierqa u mingħajr il-kunsens tiegħek ma nagħtuha lil ħadd li mhuwiex fl-Organizzazzjoni Reliġjuża. Aħna nikkunsidraw u nibbilanċjaw kwalunkwe impatt li jistaʼ jkun hemm fuqek u fuq id-drittijiet tiegħek qabel nipproċessaw id-data personali tiegħek għall-interessi leġittimi tagħna.

Aħna nistgħu wkoll nużaw id-data personali tiegħek biex nimxu skont xi obbligazzjoni legali. F’każ t’emerġenza, bħala bażi għandna mnejn nużaw l-interessi vitali tiegħek jew dawk taʼ persuna oħra biex nipproċessaw data personali.

Ġeneralment, aħna ma nipproċessawx data personali mogħtija b’kunsens, ladarba normalment nistgħu nistrieħu fuq bażi legali oħra. Madankollu, aħna niddependu mill-kunsens meta tkun tajt il-kunsens espliċitu tiegħek sabiex nipproċessaw id-data personali tiegħek. Jekk jogħġbok innota li d-data tal-minuri tiġi proċessata bil-kunsens tal-ġenitur jew xi ħadd li jieħu ħsieb it-tfal legalment.

Il-lista li ġejja tiddeskrivi l-modi kif nużaw id-data personali tiegħek u l-bażijiet legali li nistrieħu fuqhom. Jekk jogħġbok ikkuntattja lill-uffiċjal lokali tal-protezzjoni tad-data billi tuża l-informazzjoni taʼ kuntatt t’hawn fuq jekk ikollok bżonn iktar dettalji.

Skop u/jew attività

Tip taʼ data

Bażi legali għall-ipproċessar

Żamma taʼ data personali

  • Żamma tal-Congregation’s Publisher Records (rekords reliġjużi)

  • Data bażika

  • Data spiritwali

  • Kategoriji speċjali taʼ data personali: twemmin reliġjuż

  • Interess leġittimu: li wieħed iżomm u jamministra r-reliġjon u l-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova

  • Pubblikaturi attivi: Sena taʼ servizz preżenti u taʼ qabilha

  • Pubblikaturi inattivi: L-aħħar sena taʼ servizz attiva

  • Ma jinżammux rekords taʼ individwi li m’għadhomx Xhieda taʼ Ġeħova

  • Nota: sena taʼ servizz tibda minn Settembru u tispiċċa f’Awwissu

  • Parteċipazzjoni fil-laqgħat, f’attivitajiet taʼ volontier, jew fi proġetti tax-Xhieda taʼ Ġeħova

  • Data bażika

  • Għal xi attivitajiet jew proġetti: Data taʼ kuntatt u ammont limitat taʼ data spiritwali

  • Kategoriji speċjali taʼ data personali: twemmin reliġjuż

  • Interess leġittimu: li wieħed iżomm u jamministra l-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova

  • Ma jinżammux rekords għall-parteċipazzjoni fil-laqgħat

  • Jinżammu skont il-bżonn għall-parteċipazzjoni tiegħek fl-attività jew proġett b’mod volontarju

  • Li twettaq inkarigu jew irwol f’kongregazzjoni; dan jistaʼ jinkludi li oħrajn fil-kongregazzjoni lokali jkunu jafu l-isem, l-inkarigu, jew l-irwol tiegħek, jew f’xi każi limitati fl-Organizzazzjoni Reliġjuża, fuq information board, jew b’mezz elettroniku li jservi biex jipproteġi d-data

  • Data bażika

  • Ammont limitat taʼ data spiritwali: irwol jew inkarigu fil-kongregazzjoni lokali jew max-Xhieda taʼ Ġeħova

  • Kategoriji speċjali taʼ data personali: twemmin reliġjuż

  • Interess leġittimu: li wieħed iżomm u jamministra l-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova

  • L-iskedi tal-laqgħat tal-kongregazzjoni jinżammu sakemm tieħu posthom skeda ġdida

  • Il-kongregazzjoni żżomm l-informazzjoni kurrenti għall-inkarigi tal-gruppi tas-servizz tal-għalqa

  • Skont il-bżonn ibbażat fuq l-iskopijiet u l-inkarigu jew irwol

  • Ħarsien spiritwali u żjajjar minn anzjani tax-Xhieda taʼ Ġeħova

  • Data bażika

  • Data taʼ kuntatt

  • Data spiritwali

  • Kategoriji speċjali taʼ data personali: twemmin reliġjuż

  • Interess leġittimu: li wieħed iżomm u jamministra r-reliġjon u l-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova (Atti 20:28; Ġakbu 5:14, 15)

  • Ittri taʼ introduzzjoni jinżammu skont il-policy taż-żamma taʼ rekords lokali

  • Skont il-bżonn għall-iskopijiet

  • Proċessar taʼ informazzjoni taʼ kuntatt f’emerġenza

  • Data bażika

  • Data taʼ kuntatt

  • L-interess vitali tal-pubblikatur. Il-pubblikatur jagħti l-informazzjoni neċessarja lill-kuntatt taʼ emerġenza tiegħu.

  • Sakemm il-pubblikatur jibqaʼ fil-kongregazzjoni

  • Kull attività oħra li naħsbu li hi meħtieġa biex wieħed iżomm u jamministra r-reliġjon jew l-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova jew kif meħtieġ bil-liġi. (F’każi bħal dawn, int se tirċievi avviż xieraq qabel ma tiġi proċessata d-data tiegħek)

  • Data bażika

  • Data taʼ kuntatt

  • Data spiritwali

  • Kategoriji speċjali taʼ data personali: twemmin reliġjuż

  • Interess leġittimu: li wieħed iżomm u jamministra r-reliġjon jew l-attivitajiet reliġjużi tax-Xhieda taʼ Ġeħova; jew

  • Obbligazzjoni legali; jew

  • Kunsens

  • Skont il-bżonn għall-iskopijiet, jew kif meħtieġ bil-liġi

Żamma taʼ data personali

Aħna nżommu d-data personali sakemm ikollna bżonnha biss għall-iskopijiet deskritti fis-sezzjoni “Skopijiet u bażijiet legali li minħabba fihom nużaw id-data personali tiegħek” hawn fuq.

Sabiex niddeterminaw kemm indumu nżommu d-data personali b’mod xieraq, aħna nikkunsidraw il-ħtiġijiet legali li japplikaw u l-ammont, in-natura, u s-sensittività tad-data personali; xi riskju taʼ ħsara li jistaʼ jkun hemm minn xi ħadd mhux awtorizzat li jużaha jew li tingħata d-data personali tiegħek; l-iskopijiet li minħabba fihom nipproċessaw id-data personali tiegħek, u jekk nistgħux nilħqu dawk l-iskopijiet permezz taʼ mezzi oħra.

Globalment, il-perjodi taʼ żmien kemm iddum tinżamm id-data personali jistgħu jvarjaw minn pajjiż jew ġurisdizzjoni għal oħra u jkunu ssettjati fi qbil mal-ħtiġijiet taż-żamma legali u regolatorja lokali. Id-data personali tistaʼ wkoll tinżamm għal perjodi itwal jekk dawn jintalbu mil-liġi jew regolament u biex nistabbilixxu, neżerċitaw, jew niddefendu d-drittijiet legali tagħna.

F’xi ċirkustanzi nistgħu nagħmlu d-data personali tiegħek anonima (biex ma tkunx tistaʼ tirreferi għalik iżjed) għal skopijiet taʼ riċerka jew statistika. F’dan il-każ, għandu mnejn li dejjem nużaw din l-informazzjoni mingħajr ma navżawk iżjed.

Jekk trid tkun taf iktar dwar il-perjodi taʼ żamma li napplikaw għad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-uffiċjal lokali tal-protezzjoni tad-data billi tuża l-informazzjoni taʼ kuntatt t’hawn fuq.

Trasferimenti taʼ data personali

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jagħmlu x-xogħol tagħhom madwar id-dinja kollha. Dan jirrikjedi li niċċentralizzaw affarijiet bħal servizzi taʼ teknoloġija taʼ informazzjoni provduta lil entitajiet. Xi informazzjoni se tkun aċċessata minn entitajiet multipli użati mix-Xhieda taʼ Ġeħova meta jkun meħtieġ b’konnessjoni mal-iskopijiet deskritti f’dan l-avviż u bħalma hu mniżżel fil-ktieb Organizzati biex nagħmlu r-rieda taʼ Ġeħova. Pereżempju, meta tagħżel li tmur f’kongregazzjoni differenti, id-data personali tiegħek (data bażika, taʼ kuntatt, u spiritwali) tiġi trasferita lill-kongregazzjoni ġdida tiegħek. F’xi każi, l-uffiċċju(i) tal-fergħa lokali tax-Xhieda taʼ Ġeħova jistaʼ jipproċessa d-data personali tiegħek biex int tkun tistaʼ tkompli tipparteċipa bis-sħiħ fl-attivitajiet reliġjużi fil-kongregazzjoni ġdida tiegħek u biex aħna nkunu nistgħu nżommu r-rekords reliġjużi tagħna aġġornati. Dan jistaʼ jinkludi trasferimenti lejn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea (UE)/Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u lejn pajjiżi li m’għandhomx liġijiet li jipprovdu protezzjoni speċifika għal informazzjoni personali.

Aħna nieħdu prekawzjonijiet taʼ sigurtà u legali xierqa biex niżguraw li d-data personali li tiġi trasferita fl-Organizzazzjoni Reliġjuża tkun sigura u sħiħa. Meta niġbru d-data personali tiegħek fl-UE/ŻEE, it-trasferimenti barra mill-UE/ŻEE jkunu biss

  • lil riċevitur li joqgħod f’pajjiż li jipprovdi livell adegwat taʼ protezzjoni għad-data personali tiegħek; u/jew

  • skont ftehim li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-UE għat-trasferiment taʼ data personali lil data processors jew data controllers barra mill-UE/ŻEE, bħal standard contractual clauses approvati mill-Kummissjoni Ewropea; u/jew

  • bil-kunsens tiegħek.

Sigurtà tad-data

Aħna nipproteġu l-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-informazzjoni li niksbu matul l-attivitajiet tagħna. L-aċċess għal informazzjoni bħal din hu limitat, u hemm regoli u proċeduri li huma mmirati biex jissalvagwardjaw l-informazzjoni jekk din tintilef, tiġi użata ħażin, u tingħata b’mod mhux xieraq.

Aħna nieħdu miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa biex niżguraw li għandna livell taʼ sigurtà li jkun xieraq għar-riskju tal-ipproċessar filwaqt li nikkunsidraw l-iktar teknoloġija avvanzata; l-ispejjeż tal-implimentazzjoni; in-natura, l-ispazju, il-kuntest, u l-għanijiet tal-ipproċessar; u r-riskju taʼ probabbiltà u severità li jvarjaw għad-drittijiet u l-libertajiet taʼ persuni fiżiċi. Dawn il-miżuri jinkludu, imma mhumiex limitati għal dan li ġej:

  • kontroll tal-aċċess, kunfidenzjalità, u integrità;

  • sigurtà tal-komunikazzjonijiet u proċeduri;

  • il-psewdonimizzazzjoni, l-anonimizzazzjoni, u l-iċċifrar tad-data personali;

  • l-assessjar u l-valutazzjoni tal-effettività tal-miżuri tekniċi u organizzazzjonali biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ipproċessar.

Aħna naċċertaw li dawk li għandhom aċċess permanenti jew regolari għal data personali jew li huma involuti fl-ipproċessar taʼ data personali jkunu mħarrġin u informati dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom.

Żvelar taʼ data personali

Aħna għandna mnejn nagħtu d-data personali tiegħek fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

  • jekk dan ikun xieraq għall-iskopijiet deskritti fis-sezzjoni “Skopijiet u bażijiet legali li minħabba fihom nużaw id-data personali tiegħek.” Dan jinkludi fl-Organizzazzjoni Reliġjuża;

  • jekk ikun meħtieġ minn liġi applikabbli;

  • jekk nemmnu li żvelar bħal dan ikun xieraq biex jipproteġi u jiddefendi d-drittijiet, il-proprjetà, jew is-sigurtà tagħna;

  • jekk ikun meħtieġ għal xi proċedura ġudizzjali, ordni tal-qorti, jew obbligazzjoni legali oħra, jew inkjesta regolatorja jew tal-gvern; jew

  • jekk ikollna l-kunsens tiegħek.

Riċevituri taʼ partijiet terzi taʼ data personali jinkludu dan li ġej:

  • Korpi regolatorji

  • Il-qrati, il-pulizija, u aġenziji tal-inforzar tal-liġi

  • Fornituri taʼ servizz jew taʼ appoġġ

Id-drittijiet legali tiegħek dwar id-data personali

Int jistaʼ jkollok ċerti drittijiet skont il-liġi lokali tiegħek fir-rigward tal-informazzjoni personali li għandna dwarek. Dawn jinkludu d-drittijiet li ġejjin:

  • Id-dritt li tiġi informat dwar kif qed tintuża d-data personali tiegħek. Int għandek id-dritt li tkun informat bil-mod kif se nużaw u naqsmu d-data personali tiegħek.

  • Id-dritt għall-aċċess tad-data personali. Int għandek id-dritt li tikseb konferma taʼ jekk aħniex nipproċessaw id-data personali tiegħek u d-dritt għall-aċċess tad-data personali tiegħek.

  • Id-dritt li tikkoreġi d-data personali li ma tkunx eżatta. Int għandek id-dritt li tikkoreġi kwalunkwe data personali li ma tkunx eżatta jew mhix kompluta, pereżempju, jekk tibdel l-informazzjoni taʼ kuntatt tiegħek.

  • Id-dritt li tħassar data personali f’ċerti ċirkustanzi. Dan hu magħruf ukoll bħala “d-dritt li tintesa.” Dan mhux xi dritt assolut li jirrikjedi li d-data personali kollha titħassar. Aħna se nevalwaw kull rikjesta sew fi qbil maʼ liġijiet li japplikaw.

  • Id-dritt li tneħħi l-kunsens. Jekk aħna nipproċessaw data personali bbażata fuq il-kunsens, int għandek id-dritt li tneħħi l-kunsens meta trid. Ġeneralment, ma nipproċessawx data personali bbażata fuq il-kunsens, ladarba normalment nistrieħu fuq bażi legali oħra.

  • Id-dritt li nillimitaw l-ipproċessar taʼ data personali f’ċerti ċirkustanzi. Id-dritt jitfaċċa jekk int tkun qed targumenta dwar l-eżattezza taʼ data personali, jekk qajjimt oġġezzjoni għall-ipproċessar, jekk l-ipproċessar taʼ data personali ma jkunx skont il-liġi u int topponi li titħassar u minflok titlob restrizzjoni, jew jekk id-data personali ma tkunx iktar meħtieġa minna imma int tkun trid li d-data personali tinżamm biex tistabbilixxi, teżerċita, jew tiddefendi claim legali.

  • Id-dritt taʼ portabilità taʼ data. Id-dritt taʼ portabilità taʼ data japplika biss jekk l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens tiegħek jew jekk id-data personali tkun trid tiġi proċessata għal xi kuntratt u l-ipproċessar isir b’mezz awtomatizzat.

  • Id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar taʼ data personali f’ċerti ċirkustanzi. Int għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tagħna jekk aħna qed nipproċessaw id-data personali tiegħek abbażi taʼ interessi leġittimi.

Int tistaʼ teżerċita kwalunkwe dritt li għandek billi tikkuntattja lill-uffiċjal tad-data personali u tuża l-informazzjoni taʼ kuntatt t’hawn fuq.

Jistaʼ jkun hemm bżonn li nitolbu informazzjoni speċifika mingħandek biex nikkonfermaw l-identità tiegħek u naċċertaw id-dritt tiegħek biex taċċessa d-data personali tiegħek (jew biex teżerċita kwalunkwe wieħed mid-drittijiet l-oħra tiegħek). Din hi miżura taʼ sigurtà biex naċċertaw li d-data personali ma tkunx żvelata lil kwalunkwe persuna li m’għandhiex id-dritt li tirċiviha. Nistgħu nikkuntattjawk ukoll biex nitolbuk iktar informazzjoni dwar ir-rikjesta tiegħek biex ngħaġġlu t-tweġiba tagħna.

Jekk int konċernat dwar xi allegat ksur taʼ liġi tad-data personali jew regolament ieħor mix-Xhieda taʼ Ġeħova, tistaʼ tikkuntattja lill-uffiċjal lokali tal-protezzjoni tad-data billi tuża l-informazzjoni taʼ kuntatt t’hawn fuq. L-uffiċjal lokali tal-protezzjoni tad-data se jinvestiga t-talba tiegħek u jinformak kif se tiġi ssetiljata. Ukoll, int għandek id-dritt li tilmenta mal-awtorità tal-protezzjoni tad-data responsabbli għall-inforzar tal-liġi tal-protezzjoni tad-data fil-pajjiż fejn tgħix, jew fil-pajjiż fejn l-allegat ksur sar, jew tieħu l-każ lil qorti kompetenti.

Bidliet għal dan l-avviż

Il-prattiki tad-data tax-Xhieda taʼ Ġeħova jistgħu jinbidlu minn żmien għal ieħor minħabba bidliet fl-attivitajiet reliġjużi, fil-liġi, jew fin-natura tat-teknoloġija. Jekk ikun meħtieġ xi tibdil għal din il-paġna tal-Użu taʼ Data Personali, dawn il-bidliet jitniżżlu fuq din il-paġna biex il-pubblikaturi dejjem ikunu jafu bl-informazzjoni li tinġabar u kif din tintuża. Jekk jogħġbok, iċċekkja minn żmien għal żmien għal bidliet f’din il-paġna.

a Pubblikaturi huma individwi li jippritkaw l-aħbar tajba tas-Saltna t’Alla flimkien maʼ kongregazzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova.