Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

L-Ekonomija Qatt Se Tkun Tajba għal Kulħadd?

L-Ekonomija Qatt Se Tkun Tajba għal Kulħadd?

 F’ħafna pajjiżi, in-​nies qed jipprotestaw għax iħossu li l-​ekonomija mhix ġusta. Din is-​sitwazzjoni kompliet tmur għall-​agħar matul il-​pandemija tal-​COVID-​19, u dan ġiegħel lin-​nies iħossuhom imdejqin minħabba l-​lockdowns u n-​nuqqas taʼ ikel. In-​nuqqas t’għajnuna medika wriet b’mod ċar id-​differenza bejn is-​sinjuri u l-​fqar.

 Qatt se jispiċċaw il-​problemi ekonomiċi li jikkaġunaw ħafna tbatija lin-​nies? Iva. Il-​Bibbja tispjega x’se jagħmel Alla biex isolvi l-​problemi li qed niffaċċjaw.

Problemi ekonomiċi li se jsolvi Alla

 Il-​problema: Il-​bnedmin għadhom qatt ma ġabu ekonomija li hi tajba għal kulħadd.

 Is-​soluzzjoni: Alla se jneħħi l-​gvernijiet umani u minflokhom jagħmel il-​gvern tiegħu li jissejjaħ is-​Saltna t’Alla. Dan il-​gvern se jmexxi mis-​sema għal fuq l-​art kollha.—Danjel 2:44; Mattew 6:10.

 Ir-​riżultat: Minħabba li s-​Saltna t’Alla se tmexxi fuq l-​art kollha, l-​affarijiet se jitmexxew b’mod ġust. In-​nies mhux se jkunu foqra jew jibżgħu li mhux se jkollhom biżżejjed biex jgħixu. (Salm 9:7-​9, 18) Minflok, huma se jgawdu r-​riżultati tax-​xogħol tagħhom u se jkollhom ħajja sabiħa mal-​familji tagħhom. Il-​Bibbja twegħedna: “Se jibnu djar u jgħammru fihom; u jħawlu għelieqi bid-​dwieli u jieklu frotthom. Ma jibnux u jgħammar ħaddieħor; ma jħawlux u jiekol ħaddieħor.”—Isaija 65:21, 22.

 Il-​problema: In-​nies ma jistgħux jevitaw sitwazzjonijiet li jikkaġunaw it-​tbatija u nuqqas t’affarijiet li jkollhom bżonn fil-​ħajja.

 Is-​soluzzjoni: Permezz tas-​Saltna tiegħu, Alla se jneħħi l-​affarijiet li jġiegħlu n-​nies jinkwetaw u jibżgħu.

 Ir-​riżultat: Taħt is-​Saltna t’Alla, in-​nies u l-​familji tagħhom mhux se jesperjenzaw affarijiet li bihom jitilfu dak li jkollhom bżonn biex jgħixu. Pereżempju, qatt iktar ma se jkun hemm gwerer, nuqqas t’ikel jew pandemiji. (Salm 46:9; 72:16; Isaija 33:24) Alla jgħid: “Il-​poplu tiegħi jgħammar f’postijiet taʼ paċi u f’residenzi mimlijin sigurtà u f’postijiet taʼ mistrieħ bla xkiel.”—Isaija 32:18.

 Il-​problema: In-​nies li huma egoisti u dejjem iridu spiss jittrattaw ħażin lil nies oħrajn.

 Is-​soluzzjoni: In-​nies li se jgħixu taħt is-​Saltna t’Alla se jitgħallmu kif iħobbu lill-​oħrajn iktar milli jħobbu lilhom infushom.—Mattew 22:37-​39.

 Ir-​riżultat: Taħt is-​Saltna t’Alla, kulħadd se jimita l-​imħabba t’Alla li “ma tfittixx l-​interessi tagħha.” (1 Korintin 13:4, 5) Il-​Bibbja tgħid: “Ma se jagħmlu ebda ħsara jew ħerba fuq il-​muntanja qaddisa kollha tiegħi; għax l-​art se tkun mimlija bl-​għarfien taʼ Ġeħova a bħalma l-​ilmijiet jiksu l-​baħar.”—Isaija 11:9.

 Il-​Bibbja turi li aħna qed ngħixu fl-​aħħar żminijiet taʼ din id-​dinja u li Alla dalwaqt se jwettaq il-​wegħdi tiegħu. Hu se jneħħi l-​problemi ekonomiċi kollha. b (Salm 12:5) Imma qabel jiġri dan, il-​prinċipji tal-​Bibbja jistgħu jgħinuk tkampa mal-​problemi ekonomiċi li qed tiffaċċja. Pereżempju, ara l-​artikli “How to Live on Less” u “A Balanced View of Money.”

a Ġeħova hu l-​isem t’Alla kif turi l-​Bibbja.—Salm 83:18.

b Biex tkun taf għala tistaʼ tafda l-​Bibbja ara l-​artiklu “The Bible—A Reliable Source of Truth.”