Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

John Moore/Getty Images

KAMPANJA SPEĊJALI

Is-Saħħa Tagħna—X’Se Tagħmel is-Saltna t’Alla

Is-Saħħa Tagħna—X’Se Tagħmel is-Saltna t’Alla

 “Ma jfissirx li għax il-pandemija tal-COVID-19 ġiet ikkontrollata, il-COVID-19 m’għadux taʼ periklu għal saħħitna. Nistgħu nkunu ċerti li fil-futur se jkun hawn xi tip taʼ pandemija oħra, u rridu nkunu preparati.”—Dr. Tedros Adhanom Ghebreyesus, direttur ġenerali tal-World Health Organization, 22 taʼ Mejju 2023.

 Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, ħafna nies għadhom ibatu mentalment u fiżikament. Il-gvernijiet u l-organizzazzjonijiet li jieħdu ħsieb is-saħħa tan-nies, se jkunu preparati għall-pandemija li jmiss waqt li jkomplu jgħinuna fil-problemi taʼ saħħa li qed niffaċċjaw bħalissa?

 Il-Bibbja titkellem dwar gvern li se jipprovdilna dak kollu li għandna bżonn għal saħħitna. Hi tgħid li “l-Alla tas-sema jwaqqaf saltna,” jew gvern. (Danjel 2:44) Taħt it-tmexxija taʼ dan il-gvern, “ħadd minn min jgħammar hemmhekk ma jgħid: ‘Jien marid.’” (Isaija 33:24) Kulħadd se jkun b’saħħtu u mimli enerġija bħal meta konna żgħar.—Ġob 33:25.