Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

[mix-xellug għal-lemin] Marcelo, Yomara, u Hiver. F’idejhom għandhom Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida tal-braille bl-Ispanjol

Huma Ħassew l-Imħabba tal-Kongregazzjoni

Huma Ħassew l-Imħabba tal-Kongregazzjoni

YOMARA u ħutha, Marcelo u Hiver, jgħixu f’villaġġ żgħir il-Gwatemala. Yomara bdiet tistudja l-Bibbja max-Xhieda taʼ Ġeħova u maż-żmien anki ħutha bdew jistudjaw. Imma kien hemm problema. It-tlieta huma persuni neqsin mid-dawl u ma jafux jaqraw bil-braille. Allura l-ħu li kien jistudja magħhom kien jaqra l-paragrafi u l-versi mill-Bibbja.

Kien diffiċli għalihom biex imorru l-laqgħat. L-iktar Sala tas-Saltna viċin kienet 40 minuta ’l bogħod u huma ma setgħux imorru weħidhom. Imma l-aħwa fil-kongregazzjoni għenuhom biex imorru l-laqgħat. Meta Yomara u ħutha beda jkollhom parti fil-laqgħa, l-aħwa kienu jgħinuhom jitgħallmu x’se jgħidu bl-amment.

F’Mejju tal-2019 beda jkollhom il-laqgħat fil-villaġġ tagħhom. Sadanittant fil-villaġġ marru joqogħdu koppja pijunieri regolari. Huma ma kinux jafu jiktbu u jaqraw il-braille imma xtaqu jgħallmu lil Yomara u ħutha. Allura ġabu xi kotba dwar il-braille mil-librerija biex ikunu jistgħu jgħinuhom.

Marcelo jikkummenta waqt laqgħa

Fi ftit xhur it-tliet aħwa setgħu jaqraw bil-braille u setgħu jagħmlu progress fil-verità. a Issa Yomara, Marcelo, u Hiver huma pijunieri regolari. Marcelo jaqdi bħala qaddej ministerjali. Huma tant jaħdmu biex jaqdu lil Ġeħova li jinkuraġġixxu aħwa oħrajn biex jagħmlu bħalhom.

Dawn it-tliet aħwa japprezzaw l-imħabba li juruhom l-aħwa fil-kongregazzjoni. Yomara qalet: “Ix-Xhieda taʼ Ġeħova wrewna mħabba vera minn meta ltqajna magħhom l-ewwel darba.” U Marcelo jgħid: “Aħna għandna ħbieb tajbin fil-kongregazzjoni u familja magħquda mad-dinja kollha.” Yomara u ħutha jħarsu ’l quddiem għal meta Ġeħova jagħmel id-dinja ġenna.—Salm 37:10, 11; Is. 35:5.

a Il-browxer Tgħallem Aqra l-Braille magħmul biex jgħin lil xi ħadd nieqes mid-dawl jitgħallem jaqra u jikteb bil-braille.