Mur fil-kontenut

Int Kif Tħares Lejn il-Futur?

Int Kif Tħares Lejn il-Futur?

Id-​dinja tagħna se . . .

  • tibqaʼ l-​istess?

  • tmur għall-​agħar?

  • tmur għall-​aħjar?

X’TGĦID IL-​BIBBJA?

“Alla . . . jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ. L-​affarijiet taʼ qabel ikunu spiċċaw.”—Rivelazzjoni 21:3, 4, Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida.

X’JISTAʼ JFISSER DAN GĦALIK?

Xogħol utli u sodisfaċenti.—Isaija 65:21-​23.

Mhu se jkun hemm ebda mard jew tbatija.—Isaija 25:8; 33:24.

Ħajja hienja bla tmiem mal-​familja u l-​ħbieb.—Salm 37:11, 29.

NISTGĦU VERAMENT NEMMNU DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA?

Iva, minn tal-​inqas għal żewġ raġunijiet:

  • Alla għandu l-​abbiltà li jwettaq din il-​wegħda. Fil-​Bibbja, Alla Ġeħova biss hu msejjaħ “[Dak] li Jistaʼ Kollox,” għax hu għandu qawwa bla limitu. (Rivelazzjoni 15:3) Għalhekk, hu kapaċi jżomm il-​wegħda tiegħu biex ibiddel kompletament id-​dinja tagħna għall-​aħjar. Bħalma tgħid il-​Bibbja, “għal Alla kollox hu possibbli.”—Mattew 19:26.

  • Alla għandu x-​xewqa li jwettaq din il-​wegħda. Pereżempju, Ġeħova ‘jixxennaq’ biex jerġaʼ jagħti l-​ħajja lin-​nies li mietu.—Ġob 14:14, 15.

    Il-​Bibbja turi wkoll li l-​Iben t’Alla, Ġesù, fejjaq lill-​morda. Għala għamel hekk? Għax xtaq ifejjaqhom. (Marku 1:40, 41) Bħal Missieru, Ġesù xtaq jgħin lil dawk fil-​bżonn.—Ġwanni 14:9.

    Għalhekk, nistgħu nkunu żguri li kemm Ġeħova u kemm Ġesù jixtiequ jgħinuna ħalli nkunu nistgħu ngawdu futur hieni!—Salm 72:12-​14; 145:16; 2 Pietru 3:9.

AĦSEB DWAR DAN

Alla kif se jbiddel id-​dinja tagħna għall-​aħjar?

Il-​Bibbja twieġeb din il-​mistoqsija f’MATTEW 6:9, 10 u DANJEL 2:44.